Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 807

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
AVUKAT DR. CARLO MOORE NE. vs PERIT ARKITETT U INGINIER CIVILI CARMELO FALZON ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMINISTRATUR - ART. 155(1) TAL-PROCEDURA CIVILI - CITAZZJONI - DANNI - EZEKUTUR TESTAMENTARJU - ILLEGITTIMA' TAL-PERSUNA - KAWZALI
Fil-Qosor
Id-dispozizzjoni tal-ligi li tghid illi c-citazzjoni ghandha jkollha fiha mfissra car u sewwa l-oggett u r-raguni tat-talba rceviet fil-gurisprudenza interpretazzjoni larga, fis-sens li ma giex adottat ir-rigur li donnhom iridu jfissru l-kliem li bihom dik id-dispozizzjoni hi konceptia; ghalhekk gieretenut illi l-ligi ma tirrikjedix kliem partikulari kif ghandha ssir ic-citazzjoni; basta jkun jiftiehem x'ikun qieghed jitlob l-attur. B'mod illi l-kawzali tista' tkun espressa lakonikament, u sahansitra tista' tkun anki ndotta mid-domanda. L-ezekutur testamentarju "ut sic" ma ghandux, fost l-attribuzzjonijiet tieghu, dik li jirrapprezenta l-wirt; imma jista' validament jaghmel u jikkontesta kawzi in konnessjoni u biex jaqdi biss l-attribuzzjonijiet lilu moghtija mit-testatur. Imma, bhala amministratur tal-wirt, hu jista' jaghmel biss atti ta' semplici amministrazzjoni tas-sustanzi ereditarji, fosthom ir-riparazzjoni tal-immobili, anki ta' matura straordinarja. Anzi dan mhux biss huwza dritt tieghu, imma hu veru obligu; bil-konsegwenza li h jista' jirrapprezenta anki gudizzjalment dakil-patrimonju f'dak kollu li jidhol fl-amministrazzjoni u konservazzjoni tas-sustanzi kollha li jikkomponi l-assi. Il-ligi taghti d-dritt u l-azzjoni ghar-rizarciment tad-danni mhux biss lil min jkunmilqut direttament u jkun il-vittima principali tal-hsara, izda anki lil min ikun sofra hsara indirettamnet u lil kull min ikun sofra hsara mill-fatt dannuz; u ghalhekk, min jippretendi li sofra hsarabi htija ta' persuna ohra, jista' jazzjona lil dik il-persuna avvolja ma jkollux ebda rapport guridiku maghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni