Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 757

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/11/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
NOBBLI KONTESSA MARIA TERESA APAP BOLOGNA CARUANA GATTO vs MARIA SANT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMINISTRAZZJONI - ART. 392,390(C), U 416(2)(3) TAL-KODICI CIVILI - UZUFRUTT
Fil-Qosor
Meta l-zufruttwarju ma jaghtix il-kawzjoni "de bene utendo", il-beni suggetti ghall-uzufrutt, jekk ma jkunx hemm ezenzjoni mill-kawzjoni fl-att kostituttiv tal-uzufrutt, jistghu jigu amministrati minnhadd iehor. Il-kwistjoni jekk il-proprjetarju jistax jitlob, meta l-uzufruttwarju ma jkunx jista' jippresta l-kawzjoni, li huwa jkun preferit bhala amministratur ghal hadd iehor, hija kwistjoni ta' fatt anzikke' ta' dritt; u fil-ligi ma hemm xejn li jipprojbixxi lill-proprjetarju li jkun huwa l-amministratur, kif lanqas ma hu miktub li necessarjament l-amministratur ikun terza persuna.. Hu minnuli r-rapporti ta' interess bejn il-proprjetarju u l-uzufuttwarju hafna drabi jissuggerixxu n-nominata' terza persuna; pero', fejn ma jezistiex dak il-konflitt bejniethom, huwa ragjonevoli li jkun preferit bhala amministratur il-proprjetarju ghall-barrani. Motivi plawsibbli sabiex il-Qorti taghzelterza persuna l'lok l-istess proprjetarju huma l-karattru haj u dominanti ta' xi wahda mill-partijiet, il-parsimonja ezagerata, it-tendenza ghall-litigar frekwenti fuq l-aktar haga zgira, id-differenza ta' grad socjali bejn il-proprjetarju u l-uzufruttwarju, bil-konsegwenti differenzi ta' veduti uta' edukazzjoni mentali, u dak kollu li jista' jsib radici ifl-kapricci u smoderattezza tal-passjonijiet umani, u mhux fir-raguni, u li inevitabbilment igib dissensi bejn l-intererssati. Fid-dawl ta'dawn il-principji, fil-kaz prezenti, il-Qorti zammet u qatghet illi fi-konflitt bejn uil-proprjetarja, li riedet tigi nominata amministrattivi ta' legat mholli in uzufrutt, u l-legatarja li riedet litkun nominata terza persuna, kien suggeribli, taht ic-cirkustanzi tal-kaz, li tigi nominata persunabarranija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni