Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 712

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/06/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
SACERDOT DON VINCENZO FENECH vs KJERIKU FILIPPO GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BENEFICCJU - FONDAZZJONI - GUSPATRONAT
Fil-Qosor
Meta ma jezistux l-atti tal-fondazzjoni ta' guspatronat lajkali, skond il-gurisprudenza accettata mid-dottrina, l-istess guspatronat ghandu jitqies u jigi prezunt ta' origini ereditarja. Skond id-dottrina u l-gurisprudenza, il-guspatronat jista' minn ereditarju jigi konvertit, kollu jew in parti, f'gentilizju; u jigi trasmess mit-testatur fl-eredi per mezz tal-istituzzjoni universali, kif ukoll mid-donant fid-donatarju per mezz ta' donazzjoni universali. U ma hemm xejn anormali illi f'linja l-guspatronat kiun sar gentilizju, u fil-linji l-ohra jkun baqa' ereditarju. Jekk it-testatur ikun impona xi kondizzjoni lill-eredi minnu istitwiti fil-prezentazzjoni ta' sacerdioti jew kjeirici ghall-beneficcju ta' guspatronat minnu fondat, mhux koncepibbli, fin-nuqqas ta' espressjoni cara u kategorikafit-tavoli testamentarji, li hu ried illi l-patruni successuri sostiwiti jkunu fil-pozizzjoni privileggjata li jidhlu fl-istess drittijiet tan-nomina tal-istitwiti bla dak l-istess piz jew gravam impost lill-istess istitwiti. Il-principju kanonizzat mill-gurisprudenza hu li, meta ma jirrizultax minn volonta pozittiva kuntrarja mill-parti tat-testatur, ir-regola stabbilita sabiex tirregola s-successjoni tal-istitwiti ghandha tigi retenutta anki stabbilita sabiex tirregola dik tas-sostitwiti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni