Reference: Volume 39D (1955), Part No. 4, Section , Page 949

Judgement Details


Date
29/01/1955
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs GERALD BUTTIGIEG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"LONG TITLE" - "WHITE SLAVE TRAFFIC" - ACCETTAZZJONI - APPELL - ART.8 U 9 TAL-KAP.102. - DAR - KORRUZZJONI TA' MINORENNI - KWERELA - POST PUBLIKU - PROSTITUZZJONI - RINUNZJA
Summary
Dar mhix post publiku, la mix-xorta taghha u lanqas minhabba destinazzjoni. U jekk jithalla l-bieb ta' barra miftuh, id-dar lanqas tista' titqies post pubbliku b'accidentalita'. Ghaldaqstant, reat ta'korruzzjoni ta' minorenni li jigi kommess f'kamra f'dar privata, ma jistax jitqies li gie kommess f'post publiku fuq ir-rifless illi, minhabba li l-bieb ta' barra thalla miftuh, seta' xi hadd mill-publiku qabad u dahal fid-dar u dahal fil-kamra fejn kien qieghed jigi kommess dak ir-reat. Kieku minnxi apertura ezistenti fid-d ar xi hadd mill-publiku seta' jara facilment dak li kien qiehged isir god-dar, allura forsi wiehed kien talvolta jista' jikkontempla soluzzjoni fis-sens li d-dar saret post publiku b'accidentalita', salvi konsiderazzjonijiet ohra; imma fl-assenza ta' din il-possibbilta'id-dar tibqa' post mhux publiku. U jekk f-kaz simili tigi prodotta rinunzja ghall-kwerela, ma tirrikorrix ebda wahda mic-cirkustanzi li skond il-ligi jirrendu dan ir-reat persekwibbli "ex officio", majkunx hemm aktar lok ghall-prosekuzzjoni tar-reat. It-talba ta' l-imputat ghall-beneficcju tar-rinunzja tekwivali ragjonevolment ghall-accettazzjoni tar-rinunzja. IL-ligi, fl-art. 9 tal-Kap. 102, tikkolpixxi lil kull min ghandu hanut, allogg jew lukanda, jew appartament privat, u jippermetti jew ihalli li kawk il-postijiet, jew xi parti minnhom, tigi uzata ghal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet ohra immorali. Din il-ligi, ghalkemm issemmi l-prostituzzjoni, li tindika pjuttost relazzjonijiet ta' meretrici ma' ragel, tapplika anki ghall-kazijiet ta' altijiet libidinuzi omosesswali, u mhixlimitattiva ghar-relazzjonijiet etero-sesswali, jigifieri bejn misa u rgiel; ghax il-kliem tal-ligi"skopigiet ohra immorali" jnehhu kull dubju li jista' jipprezenta ruhu minhabba l-uzu tal-kelma "prostituzzjoni". Il-"Long Title" ta' ligi ma ghandux ikollu tant qawwa li l-artikoli tallha ta' dik il-ligi ghandhom jifthemu subordinatament ghal-"long title", avvolja limitattiv, ma ghandux jippregali;u dak l-artikolu japplika avvolja johrog mill-ambitu tal-"long title". Ghaldaqstant, ghalkemm l-Ordinanza dwar il-"White Slave Traffic" fit-titolu - "Long Title" - taghha tirriferixxi ghall-isfruttament ta' nisa bil-prostituzzjoni taghhom ma' rgiel, ma jistax jigi eskluz li dik il-ligi tapplika anki ghal materji ohra kontemplati bi kliem cari f'xi artikoli taghha, ghalkemm dawk il-amterji ma humiex koperti mil-"long title". Imma jibqa' dejjem veru li l-kelma "dar" mhix imsemmia fl-artikolu 9 tak-Kap. 102; u ghalhekk reat simili kommess f'dar privata ma hux kompriz u ma jidholx f'dak l-artikolu 9. Jidhol taht l-art. 8. Imma l-imputazzjoni ma tistax titbiddel fl-appell; b'mod ili l-akkuza bazata fuq l-art.9 u l-konvinzjoni bazata fuqu, ghandha taqa' la darba ma tkunx saret il-korrezzjoni ta' l-akkuza, biex tingieb taht l-art.8, fl-ewwel istanza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info