Reference: Volume 39C (1955), Part No. 2, Section , Page 612

Judgement Details


Date
31/03/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CARMELO BRINCAT vs CARMELA BRINCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ADULTERJU - ALIMENTI - ART. 60 TAQL-KODICI CIVILI - ART. 729 U 729(2) TAL-PROCEDURA CIVILI - AWTORIZZAZZJONI TAS-SEKOND'AWLA - CITAZZJONI - DEKADENZA - ECCEZZJONI DILATORJA - NULLITA' - PROVA - SEPERAZZJONI PERSONALI
Summary
Eccezzjoni fis-sens gli talba tar-ragel gahd-dekabenza ta' martu mid-dritt tal-alimenti ga kanonizzati favur taghha b'sentenza ma tissussistix wehedha, imma tista' tigi ntentata biss bhala effett u f'kawza ta' separazzjoni personali, hija eccezzjoni dilatorja; u ghalhekk ghandha tigi moghtija fil-bidu tad-difiza. Diversament billi dik l-eccezzjoni hija riferibbli ghal nullita' relattiva, u mhux ta' ordni publiku, dik l-eccezzjoni tammonta gahn-nullita' tal-istess citazzjoni, mhabba li ma gietx osservata l-forma mehtiega; u dik l-eccezzjoni ma tistax tigi milqugha meta ma gigix pruvat li l-konvenut li jissolevaha sofra pregudizzju li ma jistax jissewwa xort'ohra hlief billi c-citazzjoni tigiannullata. U ladarba l-konvenut ma jkunx qanqal dik l-eccezzjoni, anzi jkun ghadda ghal atti successivi, u jkun halla lill-attur jaghmel ukoll ati ohra u jezawrixi l-parti tieghu, dik l-eccezzjoni mhix aktar ammissibbli. Il-procedura preliminuri quddiem il-Qorti ta' Gurisdizzjoni Voloontarju, ghall-otteniment tal-awtorizzazzjoni tal-Qorti biex tigi intentata kawza ta' separazzjoni personali, mhixindispensabbli meta l-kojjugi jkunu ga legalment separati. Jekk ir-ragel legalment separat minn martu jagixxi gahd-dekadenza taghha mid-dritt gahll-alimenti kanonizzati favur taghha fil-kawza precedenti tas-separazzjoni personali, u dan fuq il-motiv li l-mara tkun ikkommettiet adulterju wara dik is-sentenza, mhi sostemibbli l-eccezzjoni tal-mara li hu ma ghandux dritt jagixxi kontra taghha ghax huga kien ikkommetta adulterju li minabba fih hija kienet giet awtorizzata tghix separata minnu, jekkebda prova ma ssir li huwa kien ittollera jew iffavorixxa l-adulterju ta' martu. Ghad li hu veru lighall- adulterju, anki f'materja civili, hemm bzonn li jkun hemm il-kongungiment korporali, il-prova taq' dan =mhux mehtieg li tkun okulari; imma tista' tigi dezunta anki minn kongetturi, purche' jkunu gravi, precizi u konkludenti. Fl-applikazzjoni tad-dekadenza mid-drittijiet, il-Qorti ghandha tara kienx hemm htija anki ta' min jitlob dawk id-dekadenzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info