Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 257

Judgement Details


Date
29/03/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
KURUNELL STEPHEN BORG NE. vs INGINIER CIVILI U ARKITETT GUSTAVO ROMEO VINCENTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 3 TAL-ATT XXXIV TAL-1948 - DIVIZJONI - LICITAZZJONI - XORTI U ASSENJAZZJONI
Summary
Il-fatt li l-Gvern ikun intavola proceduri taht l-art.3 tal-Att XXXIV tal-1948 waqt li tkun miexja kawza ta' licitazzjoni ta' fond kolpit minn dawk il-proceduri ma hux ta' ostakolu ghall-prosegwimentta' dik il-kawza; ghax din hija ntiza biss biex jigi stabbilit liema partijiet denti. Ladarba l-Qorti tal-Ewwel Istanza tkun iddecidiet li l-fond huwa divizibbli komodament u minghajr diskapitu, u l-partijiet jappellaw minn dik is-sentenza, imma jaqblu illi l-fond hu divizibbli komodament u minghajrdiskapitu, anzi jitolbu li f'dak ir-rigward is-sentenza tigi konfermata, ma hux aktar il-kaz li jigi dikjarat il-fond hekk divizibbli; ghaliex, anki indipendentement mill-principju illi l-licitazzjoni hija rimedju estrem li ghandu jigi dejjem adottat meta ma hemmx mezz possibbli ta' divizjoni, il-Qorti tal-Appell ma ghandhiex aktar quddiemha il-"modus divisionis" tal-licitazzjoni, ghax hemm gudikat irrevokabbli li l-fond huwa divizibbli komodament u bla diskapitu. Jekk il-fond fil-qasma ghandul-fattur specjali tal-prospett fuq zewg foroq, hu deziderabbli li d-divizjoni tkun b'mod li dan il-fattur jigi kemm jista' jkun mantenut shieh, u mhux menomat, jew, dak li hu aghar, distrutt. U jekk il-kwoti ma humiex indaqs, u l-ghola valur hu dak tal-parti li qeghedha immedjatament mal-kantunieraformata bejn iz-zewg toroq, u l-partijiet l-ohra tal-fond jonqsu progressivament fil-valur skond il-pozizzjoni u d-distanza taghhm mill-kantuniera, dan il-fattur, flimkien mal-fattur specjali l-iehorga msemmi, igibu ghall-konkluzjoni inevitabbli li d-divizjoni ghandha ssir tant bil-kriterju tal-estensjoni kemm bil-kriterju tal-valur. Hu veru li per regola d-divizjoni ghandha ssir bix-xorti; pero'meta l-kondividenti jkunu qeghedin jikonkorru fi kwoti dizugwali, allura, b'ligi, ghandu jigi determinat mill-Qorti jekk id-divizjoni ghandhiex issir bix-xorti jew b'assenjazzjoni. Fil-kaz prezenti,il-perit tekniku ssottometta tliet progetti jigi adottat ghall-finijiet tal-qasma; izda l-Qorti tal-Appell, b'applikazzjoni tal-principji hawn fuq imfissra, hasbet diversament, u ordnat li d-divizjonissir b'assenjazzjoni, ghaliex sabet u rriteniet illi d-deziderabilita' tad-divizjoni bix-xorti kienet superata bid-deziderabilita' li divizjoni ssir b'mod li jigi mantenut ghaz-zerg prozjonijiet il-vantagg tal-propett fuq iz-zewg toroq, u jigi adottat il-kriterju duplici tal-estensjoni u tal-valur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info