Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section 1, Page 25

Judgement Details


Date
14/02/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
VICTOR ULLO XUEREB ET. vs ARTHUR RIZZO MARICH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTERNATIVE ACCOMMODATION" - ART. 793 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI - MILJORAMENTI - NULLITA' - SENTENZA
Summary
L-adattabilita' ta' fond offert bhala "alternative accomodation" ghandha titqies fil-mument tal-konsenja tal-fond; u ghaldaqstant, jekk sakemm issir dik il-konsenja jsiru jew jigu ordnati li jsiru fihxi miljoramenti, l-adattabilita' tal-fond ghandha tigi kunsidrata b'dawk il-miljoramenti. Il-mument li lejh wiehed ghandh jhares biex jara jekk tezistix jew le "suitable alternative accomodation" ghall-kerrej hu dak li fih, jekk tigi milqugha t-talba tas-sid ghar-ripreza ta' pussess tal-fond, il-kerrej ikun imgieghel jitlaq il-fond; ghax hu appuntu dak il-mument li fih hu jkollu bzonn dar ohra fejn imur. Jekk l-"alternative accomodation" tkun tezisti u huwa accertat li hija disponibbli ghall-kerrej, u l-Board ikun soddisfatt illi b'xi miljorament li jsirulha tkun adattaha ghall-kerrej fis-sens tal-ligi meta huwa jigi biex ikun zgumbrat, ma hemm xejn, la kontra l-ittra u lanqas kontra l-iskop tal-ligi, li l-Board jawtorizza lis-sid jiehu lura l-fond mitlub bil-kondizzjoni li dawk il-miljoramenti jsiru qabel ma l-kerrej jigi mahrug. Bil-fatt li l-Board fis-sentenza tieghu jimponi lill-inkwilin l-obligu li jiddikjara fi zmien determinat jekk iridx imur fil-fond lilu offert bhala "alternative accomodation" wara li jkunu saru fih dawk il-miljoramenti, ma jkun sar xejn "ultra" jew "extra petita", jew oltre l-funzjonijiet tal-Board. Huwa veru li meta l-Board jawtorizza lis-sid li jiehu lura l-fond mitlub bil-kondizzjoni li jaghmel fl-"alternative accomodation" dawk il-miljoramenti,ikun qieghed jassoggetta l-ezekuzzjoni tas-sentenza ghall-arbitriju tas-sid; imma dan ma jikkostitwix gravam accettabbli kontra dik is-sentenza; ghaliex, sa certu pont, l-ezekuzzjoni tal-maggur partitas-sentenzi, f'materja civili, tigi mhollija fid-diskrezzjoni tal-attur rebbieh, ghax jiddependi minnu jekk jezegwixxix jew le s-sentenza kontra l-konvenut. Izda hu f'loku l-gravam li l-Board ma jkunx impona lis-sid zmien determinat biex fih jaghmel dawk il-miljoramenti, kif ukoll dak illi s-sentenza tal-Board ma tkunx stabbiliet kemm ghandu jhallas kera l-inkwilin tal-"alternative accomodation" bil-miljoramenti li jkunu saru fiha, u tkun qalet biss illi l-kera jkun dak li jigi fissat mill-istess Board. B'dana kollu, pero' dawn id-difetti fis-sentenza ma jaghtux lok ghan-nullita' taghha, jekk fil-mori tal-appell ikunu saru l-miljoramenti, u jkun irrizulta li l-kera ma ghandux jkun aktarminn dak li l-kerrej kien qieghed ihallas ghall-fond li minnu s-sid iridu johrog. Jekk is-sentenzatkun sostanzjalment gusta, ma hemmx lok ghall-annullament taghha minhabba dawn id-difetti. ladarba dawn ikunu gew rimedjati fil-mori tal-appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info