Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section , Page 98

Judgement Details


Date
07/03/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
CATERINA GERADA vs AVUKAT DR. ANTONIO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
GUDIKAT
Summary
Meta fi procediment quddiem il-Qorti jkunu nghataw diversi decizjonijiet, u tant fil-proceduri kemmf'dawk id-decizjonijiet wahda mill-partijiet tkun qanqlet kwistjoni u nsistiet fuqha, dik il-kwistjoni, sakemm ma jkunx hemm pronuncjament definittiv tal-Qorti fuqha, tibqa' mhix deciza, avvolja jkunsar accenn ghaliha u tkun issemmiet f'dawk id-diversi decizjonijiet. Sakemm ma jkunx hemm ebda decizjoni fuq il-vera kwistjoni kontroversa, u dik il-kwistjoni ma tkunx giet prekluza minn ebda decizjoni definittiva moghtija fil--gudizzju, l-istess kwistjoni tibqa' mhux deciza, u ma jistghux mill-parti l-ohra jinghad li ghad-decizjoni taghha josta l-gudikat. L-eccezzjoni tal-gudikat ghandha tigi amessa b'cirkospezzjoni kbira; u da aktar u aktar meta dik l-eccezzjoni jkollha l-effett li teskludixi dritt, bhal meta si tratta minn incident processwali li jqum fil-kors tal-gudizzju, fejn ma jistghax ikun hemm dak li jissejjah gudikat implicitu. Biex ikun hemm lok ghall-eccezzjoni tal-gudikat,hemm bzonn li l-kwistjoni tkun giet "effettivament" deciza bis-sentenza ta' qabel, u mhux biss li "setghet tigi deciza". Huwa veru li l-motivazzjonijiet fis-sentenza jiswew biex jiddeterminaw il-veraportata tal-punt deciz, b'mod li, ghalkemm l-awtorita' tal-gudikat tkun dejjem u eskluzivament fid-dispozittiv, is-sens ezatt u gust ta-dispozittiv u l-estensjoni legittima tieghu jkunu determinatiu spjegati fil-motigazzjonijiet, anzi xi drabi jigri illi d-decizjoni ma tkunx interament fil-partidispozittiva tas-sentenza, imma tkun anki fil-parti razzjonali taghha, meta fil-motivazzjoni tigi definita u rizoluta xi kwistjoni, b'mod li dik il-parti tkun il-premessa logika u necessarja tad-dispozittiv, u allura dik il-parti tifforma haga wahda mad-dispozittiv, li kollha flimkien jiffurmaw il-gudikat. Dan kollu, pero', mhux applikabbli meta f'sentenza li minnha hu allegat li johrog il-gudikat, la lanqas fit-tnejn kombinati flimkien, ma tkun giet verament "deciza" l-identita kwistjoni li l-parti kuntrarja tallega li hija perenta bil-gudikat, anzi meta dik il-kwistjoni, mhux talli ma tkunx giet verament deciza, imma anzi tkun giet espressament rizervata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info