Reference: Volume 82 (1998), Part No. 1, Section , Page 280

Judgement Details


Date
16/11/1998
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D., SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
GAETANO BUSUTTIL vs ONOREVOLI PRIM MINISTRU U L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DROGA - KONTRO-EZAMI - POSSIBILITA` - PROCEDURI KRIMINALI - SMIGH XIERAQ - XHIEDA
Summary
Il-Prim`Awla tal-Qorti Civili, Sede Kostituzzjonali, fid-19 ta` Dicembru, 1997 ippronunzjat sentenzali biha cahdet ir-rikors tar-rikorrent li bih ilmenta min-nuqqas ta` smigh xieraq fi proceduri kriminali istitwiti kontrih. L-ilment tar-rikorrent kien jikkonsisti filli l-Qorti, b'applikazzjoni ta`l-artikolu 30A ta` l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi, Kap. 101, hadet in konsiderazzjoni biexsabitu hati deposizzjonijiet moghtija minn xhieda li kienu nghataw mhux fil-presenza tieghu, ossiafi proceduri li fihom hu ma kienx parti. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. L-artikolu 30A tal-Kap. 101 tal-Ligijiet ta` Malta tippermetti l-produzzjoni kontra kull persuna "involuta f'xi reat kontra dik l-ordinanza" ta` kull dikjarazzjoni maghmula minn dik il-persuna u li hija "kkonfermata quddiem magistrat u kull xhieda moghtija minn dik il-persuna, quddiem xi qorti, tista` tingieb bi provakontra kull persuna ohra akkuzata b'reat kontra l-istess Ordinanza......." Ma hemmx dubbju li fis-sustanza dan l-artikolu jirregola l-ammissibilita` ta` dikjarazzjonijiet jew xhieda guramentata maghmula minn persuuna quddiem magistrat jew quddiem xi qorti fi proceduri kriminali ohra kontra akkuzatilli jkun akkuzat b'reat bhal dak taht ezami. Il-produzzjoni ta` xhieda permezz ta` affidavit - kifessenzjalment hi xhieda guramentata moghtija quddiem qorti - hi materja rregolata permezz tad-drittprocedurali tal-pajjiz imma certament ma jistax jinghad li hemm xi oggessjoni di fondo ghall-principju, fuq bazi kostituzzjonali, li tipprekludi produzzjoni tieghu b'mod li kienet tikkostitwixxi a priori lezjoni tad-dritt fondamentali ta` smigh xieraq jew ta` xi aspett tieghu. Ghandu jkun ovvju illi l-essenzjal mil-lat prettament kostituzzjonali u mhux minn dak ta` opportunita` procedurali hu lil-kontroparti jkollha ampja possibilita` mhux biss li tikkontrolla tal-prova imma ukoll li tikkontrobattiha billi tipproduci lix-xhud li hekk ikun "iddepona" ghall-kontro-ezami. Dik il-possibbilita`kienet disponibbli ghar-rikorrent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info