Reference: Volume 38C (1954), Part No. 4, Section , Page 855

Judgement Details


Date
01/05/1954
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
SALVINA GALEA vs GIUSEPPA ZARB
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI - INGURJA - KWERELA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Summary
Il-gurisprudenza Maltija tirrikonoxxi z-zewg xorta ta' ingurja, cjoe' dik gravi (imsejha wkoll specifika) u dik vaga, jew indeterminata, jew semplici, jew lievi, li hija punibbli bil-pieni tal-kontravvenzjonijiet. Meta fil-kwerela jew fl-imputazzjoni ma jinghadx illi l-ingurja hija gravi, jew ma jinghadx li l-kwerelant gie ngurjat billi gew lilu attribwiti fatti specifici u determinati, vwoldirimeta l-imputazzjoni hija semplicement ta' ingurja bla ebda kwalifika, ghandu jigi ritenut li l-imputazzjoni hija ta' ingurja vaga. U fejn l-imputazzjoni hi ta' ingurja biss, allura, bejn iz-zewg interpretazzjonijiet li tista' tkun ingurja gravi u tista' tkun ingurja vaga, ghandha tigi segwita dik aktar beninja li l-imputazzjoni hija ta' ingurja vaga. Ghax hadd ma jista' jigi dikjarat hati ta' reat aktar gravi minn dak dedott. Fis-sistema Malta, il-prattika hija li l-imputat jista' jinstab hati ta' reat mhux aktar gravi, purke' jkun kompriz jew involut f'dak dedott; izda jibqa' dejjem li l-imputat ma jistax jinstab hati ta' reat aktar gravi minn dak dedott. Meta l-kwerelant jiddeduci kontra l-kwerelat imputazzjoni ta' ingurja biss, bla ebda kwalifika, u l-Magistrat jikkundanna lill-kwerelat bhala hati ta' ingurja gravi, fl-appell il-kundanna ghandha tigi modifikata fis-sens ta' kundanna ghal ingurja semplici, minhabba li l-ingurja ma kienetx dedotta bhala gravi fl-imputazzjoni: immal-kwerelant ma jistax f'kaz simili jigi ezentat kompletament mill-ispejjez tal-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info