Referenza: Volum 38C (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 612

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/12/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
FRANCESCO SAVERIO FAVA vs ELISABETTA CAMILLERI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"JUS SUPERVENIENS" - EREDITA` - LEGITTIMA - RINUNZJA
Fil-Qosor
Ghalkemm jinsab stabbilit mill-gurisprudenza li min jigi istitwit eredi b'testment ma jistax jitlobil-legittmu qabel ma jkun irrinunzja ghall-eredita', l-azzjoni ta' min jitlob il-legittima qabel majkun ghamel dik ir-rinunzja, m'hijiex interpestiva jekk huwa jaghmel dik ir-rinunzja fil-mori tal-gudizzju, jekk jaghmilha bil-forma mposta mill-ligi. U dan bis-sahha tal-"Jus Superveniens". It-teorija tal-"Jus Superveniens" hija rikonoxxuta u giet diversi drabi applikata mill-Qorti Taghna: u dan ghall-ekonomija tal-gudizzji u ta' l-ispejjez. Din l-applikazzjoni tirrikorri meta, minghajr tibdilfit-talba, il-kawza tibqa' inkwadrata kif tkun, bl-oggett u l-kawzali li kellha. U ghalhekk, meta dak li jitlob il-legittima, minghajr ma jkun qabel irrinunzja, ghall-wirt, jaghmel dik ir-rinunzja fil-mori tal-kawza, dik ir-rinunzja, ghalkemm tkun saret tardivament, ma ggibx maghha ebda tibdil fl-oggett u fil-kawza tac-citazzjoni, u konsegwentement hu jista' jibbenefika mis-sanatorja tal-"jus supereniens".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni