Referenza: Volum 38C (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 599

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/11/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
TERESA VELLA vs MARIA ASSUNTA VELLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INTERPRETAZZJONI - TESTMENT - UZUFRUTT
Fil-Qosor
Huwa kompitu tal-gudikant li jinterpreta t-testmenti; u fl-interpretazzjoni ta' testment ghandu jittiehed rigward pjuttost ghall-volonta' tat-testatur milli ghall-kliem uzat fit-testament. Fil-kaz prezenti, it-testatur halla l-uzufrutt generali ta' l-assi ereditarju tieghu lil martu, u halla bi prelegat lill-uliedu kollha l-uzufrutt ta' ditta li kienet tifforma parti minn dak l-assi, fil-waqt illi l-proprjeta' ta' dik id-ditta halliha lil uhud mill-istess uliedu; u salvi dawn id-dispozizzjonijiet, istitwixxa lill-uliedu kollha bhala werrieta tieghu. Il-Qorti rriteniet illi dak it-testment kellu gigi nterpretat fis-sens illi l-uzufrutt imholli ta' dik id-ditta lill-uliedu kellu jibda wara li jkun spicca l-uzufrutt generali mholli lill-mara tat-testatur, ghax din keinet tidher il-volonta'tat-testatur mill-kompless ta' dawk id-dispozizzjonijiet kontenuti fl-istess testment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni