Reference: Volume 45C (1961), Part No. 1, Section 3, Page 519

Judgement Details


Date
30/06/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
FERDINAND SANT vs GIOVANNI BUTTIGIEG ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1372(2) TAL-KODICI CIVILI - DANNI - GLIEDA - KOMMUNJONI TAL-AKKWISTI - MARA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Summary
F'kazijiet ta' glied bejn membri diversi ta' familji ostili ghal xulxin, fejn generalment ix-xhiedaprincipali huma sospetti minhabba parzjalita' stante l-"esprit de familler", u li fihom il-kolluttazzjoni ma tkunx limitata ghal tnejn imma tkun generalizzata ghal membri diversi tal-familji ostili, il-verita' ghandha tkun ricerkata fil-valutazzjoni tal-isfond kollu tac-cirkustanzi antecedenti u konkomitanti, li mbaghad iservu ghall-apprezzament gust tax-xhiediet singoli. Fir-rankuri precedenti,li mbaghad jiskuppjaw fi glied, kull familja thoss li ghandha ragun hi, u fil-glieda tad-diversi membri kull wiehed jara ruhu, tajjeb jew hazin, bhala reagenti ghall-ingustizzja u bhala aggredit. Id-diskrezzjoni tal-Qorti fl-apprezzament tad-danni konsegwenzjali ghal glied simili ma tistghax tigi ezercitata hlief b'mod approssimattiv. Id-debiti ghar-riparazzjonijiet civili derivanti minn reat kommess volontarjament minn mara mizzewga ma ghandhomx ikunu a karigu tal-komunjoni tal-akkwisti, kifma humiex dawk tar-ragel. L-attur li jissokkombi f'domanda li hu jaghmel biex jithallas minn ghandir-ragel ghal danni simili kagunati minn martu ma jistghax jilmenta jekk il-Qorti twahhlu l-ispejjeztal-kawza fil-konfront tar-ragel li jigi liberat mid-domanda avanzata kontra tieghu; ghax hu jkun baqa' sokkombent vis-a-vis ir-ragel ghal ragunijiet ga stabbiliti fil-gurisprudenza nostrali, u mhuxin bazi ghal xi punt ta' dritt dubbjus jew gdid.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info