Reference: Volume 45C (1961), Part No. 2, Section , Page 758

Judgement Details


Date
09/12/1961
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
MICHELE VELLA vs CARMELO VELLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AKKREXXIMENT - ART. 775 TAL-KODICI CIVILI
Summary
Il-bazi principali tad-dritt ta' akkrexximent hija l-intenzjoni ta' min jaghmel it-testment; u din l-intezjoni, skond l-ahjar dottrina u logika guridika, tiddezumi ruhha mill-istituzzjoni primittiva kontenuta fl-istess dispozizzjoni jew vokazzjoni, li tkun konguntament u kumulattivament tghajjat lid-diversi istitwiti ghall-istess eredita', jew, fil-kaz ta' legati, lill-kollegatarji ghall-istess haga legata. Ghall-operazzjoni tad-dritt ta' akkrexximent il-ligi tirrikjedi (a) li l-istituzzjoni jew il-legat ikunu gew maghmula konguntament, (b) li l-istess istituzzjoni jew legat ikun u jiddependumill-istess dispozizzjoni, cjoe' l-istess vokazzjoni, (c) u li t-testatur ma jkunx assenja l-partijew qasam is-sehem ta' kull werriet jew legatarju fil-haga mhollija. Il-kliem biss "f'partijiet indaqs", jew "f'isimha ndaqs", ma jnehhux il-jedd tal-akkrexximent. B'mod li, jekk il-persuni istitwiti eredi fi kwoti ndaqs bejniethom fl-istess dispozizzjoni jkunu hamsa, u wiehed minnhom imut qabel it-testatur, hemm lok ghad-dritt tal-akkrexximent favur l-erbgha l-ohra li jissopravvivu lit-testatur, avvolja dan, wara li jkun semma li l-eredita' tieghu ghandha tinqsam bejniethom fi kwoti ndaqs, izid il-kliem "fi kwinta parti" kull wiehed; u hekk l-eredita' tinqasam fi kwoti ndaqs bejn l-erbgha li jkunu ghadhom hajjin meta jmut it-testatur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info