Reference: Volume 45C (1961), Part No. 2, Section , Page 700

Judgement Details


Date
27/06/1961
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
CARMELA SCIORTINO vs CARMELO VELLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CONSILIUM FRAUDIS" - "EVENTUS DAMNI" - AZZJONI PAWLJANA - BEJGH - KREDITUR - LOKAZZJONI - RETRATT ART. 1187 KAP. 23
Summary
L-azzjoni pawlina, ossija revokatorja, hija ta' natura personali, anki jekk il-kreditur jiddezumi l-interess tieghu li jimpunja l-att li huwa jrid li jigi revokat minn dritt reali; u l-fondament taghha jirpoza fuq id-dispozizzjoni tal-ligi li tahseb li l-beni kollha tad-debitur huma l-garanzija tal-kredituri tieghu. Rekwiziti taghha huma l-frode u d-dannu. Il-frode, f'din l-azzjoni, hija element ta' sustanza u obbjettiv, u tista' timmanifesta ruhha taht diversi aspetti. Tista' tkun diretta utista' tkun indiretta, jew oggettiva u tista' tkun indiretta, jew oggettiva; u l-piz tal-prova jinkombi fuq min jallega l-frode u jintenta l-azzjoni revokatorja; ghax il-frode fil-kuntratti ma tistghax tigi prezunta. Id-dannu jista' jkun, u generalment ikun attwali u cert; imma jista' jkun ukoll tali li b'evidenza u certezza juri l-perikolu tan-nuqqas ta' garanziji tal-kredituri. Id-dannu jridikun jidderiva direttament mil-att impunjat. Kreditur f'din l-azzjoni mhux biss dak li jkollu kreditu pekunjarju kontra d-debitur, imma kull min ghandu azzjoni li tista' tigi ntentata f'gudizzju sabiex jigi reklamat l-adempiment ta' obligazzjoni jew liberazzjoni jew liberazzjoni minn talba gudizzjarja li tiddanneggjah. Fil-kaz prezenti, wiehed xtara fond, u qabel ma xtrah kien ikkuntratta lokazzjoni mal-bejjiegh, li qatt ma ried jikri l-fond ghax ried dejjem ibieghu vojt, biex jigi eluz id-dritt ta' retratt ezistenti fuq il-fond. Ir-retrati gie ezercitat, u x-xerrej irrivenda l-fond imma ppretenda li ghandu dritt ta' lokazzjoni fuqu. Il-Qorti, b'akkoljiment tal-azzjoni pawljana ezercitata kontra tieghu u kontra l-bejjiegh irrevokat dik il-lokazzjoni bhala maghmula in frode tad-drittijiet tar-retraent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info