Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section , Page 440

Judgement Details


Date
28/06/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PAOLO CORDINA vs JOSEPH GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2212 (1), 2242 U 2227 (A) TAL-KODICI CIVILI - DANNI - LOKAZZJONI - PRESKRIZZJONI - RINUNZJA
Summary
Il-preskrizzjoni tal-azzjoni ghad-danni kagunati mill-inkwilin fil-fond mikri ghandu hija ta' sentejn, u tibda tiddekorri minn meta graw id-danni, u mhux minn meta s-sid sar jaf bid-danni u bl-originitaghhom. Ghax il-ligi ma tirrikjedix li d-danneggjat ikun jaf x'sar biex jibda ghaddej it-terminutal-preskrizzjoni; anzi l-ligi stess tghid li dan jimxi anki kontra l-assenti. L-azzjoni titnisselmill-hsarat, u minn dak il-mument tista' tigi ezercitata, u ghalhekk jibda ghaddej it-terminu tal-preskrizzjoni. Ghaldaqstant, jekk inkwilin ikun ikkaguna xi danni fil-fond li kien mikri ghandu, u s-sid jagixxi kontra tieghu ghal dawk id-danni wara li jkunu ghaddew sentejn minn meta l-inkwilin ikunhareg mill-fond, dik l-azzjoni hija preskritta. Billi l-inkwilin konvenut fil-kawza ghad-danni ikun halla li jsiru l-provi u perizja dwar id-danni pretizi kontra tieghu, ma jistghax jinghad illi huwa rrinunzja tacitament u implicitament ghall-preskrizzjoni minnu formalment eccepita. Biex tista' tigi ndotta dik ir-rinunzja, jehtieg li jkun hemm komportament inkompatibbli mal-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, u ma jistghux jinghad li hemm dan il-komportament tal-konvenut, meta dan ma rtirax l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni minnu formalment moghtija, u anzi jkun zamm ferma l-istess eccezzjoni waqt li kienu qeghdin isiru l-provi u l-perizju. Barra minn dan, il-preskrizzjoni tista' tigi moghtija anki fl-appell; u mhux prezunmibili li hemm rinunzja ghall-preskrizzjoni formalment tal-levata semplicement ghax il-konvenut halla li jsiru l-provi fuq il-meritu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info