Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section , Page 412

Judgement Details


Date
28/06/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GAETANO SPITERI vs CARMELO SPITERI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"JUS SUPERVENIENS" ... ACCETTAZZJONI TA' EREDITA' - APPELL - ART. 1552 (1), 1266, 1268, U 1270 TAL-KODICI CIVILI - AZJENDA - CESSJONI - NULLITA' - PRESKRIZZJONI - REXISSJONI
Summary
Jekk wiehed mill-konvenuti jmut fil-mori tal-kawza u wiehed mill-konvenuti l-ohra jigi nominat kuratur biex jirrapprezenta l-eredita' ta' dak il-konvenuti li miet fil-kontinwazzjoni tal-kawza, u mbaghad dak il-konvenuti li gie nominat kuratur jappella mis-sentenza u fil-mori ta' l-appell jaccetta l-eredita' ta' dak il-konvenuti li kien miet, b'din l-accettazzjoni, billi d-decujus u l-eredi tieghughandhom jitqiesu bhala haga wahda, ma jistax jinghad li l-interess ta' l-eredita ta' dak il-konvenut li miet mhuwiex rapprezentat fl-appell; u l-pozizzjoni tal-konvenut li ghamel l-appell, relattivament ghal dak l-interess, li jinsab prezenti fil-persuna tieghu, giet konvalidata bis-sahha tal-"JusSuperveniens". Konsegwentement, ma tidherx accettabbli l-eccezzjoni li n-nota ta' l-appell u l-petizzjoni huma nulli ghax ma gewx diretti kontra rapprezentant legittimu ta' dak il-konvenut li miet.Il-ligi tirrikjedi li cessjoni ta' azjenda ssir bil-miktub; inkella dik ic-cessjoni ma tiswiex. Imma jekk ic-cessjoni, ghalkemm vizzjata b'dak id-difett ta' forma, tkun hadet u zammet l-effikacja taghha ghal zmien ta' hames snin, allura ma tistax aktar tigi mpunjata. Ghax ghalkemm kuntratt li jonqsu wiehed mir-rekwiziti essenzjali ghall-validita' tieghu huwa radikalment null, il-ligi tippreskrivi l-azzjoni ta' rexissjoni f'kazi ta' nuqqas ta' dawk ir-rekwiziti; u fil-kaz ta' cessjoni ta' azjenda minghajr kitba, billi ma hux wiehed mill-kazi li ghalihom il-ligi ssemmi l-preskrizzjoni ta' sentejn, hija applikabbli l-preskrizzjoni ta' hames snin. U min irid jimpunja dik ic-cessjoni wara daniz-zmien, ma jistax jirribatti l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni billi jinvoka l-massima "quae temporalia ad agendum perpetua sunt ad excipiendum". Ghaldaqstant, jekk ic-cessjni ta' azjenda saret minghajr kitba, u min ghandu nteress li jimpunjaha ma jkunx ezercita kontra taghha l-azzjoni ta' rexissjoni fi zmien hames snin, ma jistax aktar jinvoka n-nullita' ta' dik ic-cessjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info