Reference: Volume 43D (1959), Part No. 4, Section , Page 982

Judgement Details


Date
28/02/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
CAPTAIN JOSEPH E AGIUS M.C. NE vs PERIT OSCAR RIZZO, B.E. & A., A. M C.E., NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"FABBRIKA TAL-GIDEB" - "FAIR COMMENT" - APPELL - ART. 16 TAL-KAP. 117 - KORP MORALI - LIBELL - OMESSA DECIZJONI - PROVA - VERITA' TAL-FATTI
Summary
Il-kliem "fabbrika tal-gideb" attribwiti f'gurnal lil korp morali li jippublika xi gurnali ma jimpurtax biss li f'xi okkazjoni ntqalghet xi falsita` f'dawn il-gurnali, imm aifisser li f'dawk il-gurnali jidhru kontinwament falsitajiet bhala haga ta` sistema u ta` "policy". U meta wiehed jikkunsidrailli wahda mill-"basic assumptions" ta` gurnal li jrid jirrispetta d-"decent standards" tal-professjoni gornlistika hija d-disseminiazzjoni tal-verita`, u illi, meta gurnal ma jkunx qieghed jaghmel dan, ikun qieghed jitradixxi l-fudcja tal-qarrejja, u illi, jekk gurnal, minflok il-verita`, ixerred sistematikament il-falsitajiet, allura ma jkunx qieghed jaqdi l-publiku, la koxjenzjozament u lanqasonestment, allura ma jistax jigi bis-serjeta` sostnut illi attribuzzjni simili mhix ingurjuza u libelluza. ic-Chairman tal-Kumpannija li tohrog dawk il-gurnali jista` jaghmel kawza ta` libell tant f'ismu proprju kemm bhala li gandu dik il-kwalita`; ghax ghalkemm l-imputazzjoni tista` tkun diffamatroja ghall-gurnal u ghal kull min ghandu x'jaqsam fix-xoghol editorjali teighu, tista` wkoll tkun diffamatorja ghall-kumpannija jew korp morali li hu resposnabbli ghall-istampa u l-publikazzjoni ta` dawk il-gurnali. Gahlehkk mhix accettabbli l-allegazzjoni illil-ingurja ma hix kontra c-Cahirman ta`dak il-korp morali imma kontra l-guranl. U hija assurda l-pretenzjoni illi l-espressjoni nkriminattkun ilha hafna zmien tigi uzata f'guranli ohra; ghax jekk gurnalista ghogbu jingurja, dan ma jfisserx illi haddiehor ghandu d-dritt jirripeti dik l-ingurja mpunement. Il-kliem "fabbrika tal-gideb" ma humiex affattu allegazzjoni ta` fatt, imma huma komment; ghax jigi li l-gurnalista li ppublika dawk il-kliem deherlu li fatti u notizzji publikati fil-gurnali ta` dik il-kumpannija ma jikkorrispondux ghall-verita`, u ghalhekk esprima l-gudizzju teighu fis-sens li kkwalifika dawk il-gurnali, ul-kumpannija li tipporducihom, bhala "fabbrika tal-gideb", u allura hija konsegwenza logika u necessarjali dak li l-kwerelat irid mhux li jiprpova xi fatt minnu allegat, imma li nktibu f'dawk il-gurnali fatti u notizzji li ma humiex veri, u b'dan il-mod irid jiggustifika l-komment li hu ghamel bil-kliem"fabbrika tal-gideb". It-talba tal-kwerelat f'kaz simili, biex jezibixxi permezz talbiblijotekarjudiversi kopji tal-gurnali biex juri li fihom gew publiakti diversi fatti u notizzi fil-fatt ma jikkorrispondux gahll-verita`, u li, meta jkollu quddiemu dawk il-kopji, huwa jkun jista` jipproduci kulprova ohra li tkun konnessa ma` dak li jista` jipproduci kull prova ohra li tkun konnessa ma` dak li jista` jkun hemm f'dak il-kopji, hija difiza mhux serja, u laqnas rispettuza ghall-Qorti; ghaliexsostanzjalment igib lil-Qorti tigi trasformata f'kummissjoni ta` inkjesta sabiex il-kwerelat ikun jista` jippeska dawk il-provi "pendente lite"; liema provi l-imputat kien imissu kellu mhux biss minnmindu bdiet il-kawza, imma minn mindu ghamel il-komment bil-kliem "fabbrika tal-gideb". Din l-espressjoni, difatti, tikkostitwixxi akkuza generali u komprensiva, mhux limitat ghal okkazjoni ta` darba, imma generalizzata u estiza ghall-publikazzjonijiet tal-kumpannija bla distizjoni; u meta l-akkuza tkun genrali, min ird jiggustifika dik l-akkuza tkung enrali, min irid jiggustifika dik l-akkuza hek generalizzata hu fl-obligu, sabiex jigi mismugh jiddefendi ruhu, lijindika "preventivament" kazijiet "specifici" li fuqhom jibbaza dak il-komment generalizzat, u mhux jghid vagament li jid igib il-biblijotekarju biex jipproduci diversi kopji biex mbaghad joqghod jispigola "ex post' f'dawk il-kopji sabiex isib xi kaz, jew xi kazjiet, li fil-fehma teighu jsostnu dak il-koment. Kieku l-kwerelat jindika kazjiet specifici ta` falsifikazzjoni ta` fatti u /jew notizzji fil-gurnali gestiti mill-kumpannija b'gustifikazzjoni tal-komment tieghu generalizzata, allura ma kienx ikun hemm difikulta` li jigi lilu permess li jottejni l-produzzjoni tal-kopji li minnhom jirrizultaw il-kazijiet specifici hekk allegati; imma jekk min dan hu ma jaghmel xejn, u jillimita ruhu jitlob il-produzzzjoni ta` diversi kopji tal-gurnali "de quibus", allura dinit-talba mhix attendibbli. U jekk hu ma jkunx specifikakazijiet specifici fl-ewwel istanza, ebda rimedju ma ghandu fl-appell kontra c-cahda tad-domanda teighu mill-Ewwel Qorti, gahx l-appell hu revizjoni tla-kawza fuq il-provi in prima istanza, umhux istruzzjoni tal-kawza millg-dida u prima istanza, umhux istruzzjoni tal-kawza millg-did u riempiment tal-kauni li, b'negligenza teighu jew xort'ohra, ikun hemm fil-process li jigi quddiem il-Qorti tal-Appell. U dan igib ghal ostakolu ulterjuri ghad-difiza tal-"fair commet"; gha ladarba huwa jkun naqasmillij aghmel dik l-indikazzjoni ta` kazijiet specifici, hija legitimma l-inferenza li, meta huwa uza dak il-kliem oggezzjonat, ma kiens qieghed, b'dik l-onesta` gornlistika menthiega japplika l-ilmenti teighu tieghu ghal kazijiet specifici, u mbaghad jifforma b'sobrjeta` u konvinzjoni l-gudizzju li esprima, imma, bla ma kellu kazijiet specifici quddiemu, irripeta dak li kien qal talvolta haddiehor. U dan jeskludi l-"fair comment" ghaliex, f'kaz ta` "fair comment", jehtieg limin jaghmel il-komment ikun ghall-korrente tal-fatti filwaqt stess li fih ikun qieghed jaghmel il-komment, u mhux lanqas biss ikun kapaci jiccita l-kazjiet specifici meta ssir il-kawza relattiva ghal dak il-komment. Taht dawn ic-cirkustanzi, ma jistax jingahd li l-kliem offensiv publikat a kariku tal-kumpanija jikkostitwixxi kritika maghmula in bwona fede; u mhix, certament, indizju ta` bwona fede l-isperanza teighu li, jekk jigi azzjonat, jisserva bil-proceduri tal-Qorti biex, "ex post", jindaga u jara jekk forsi jsibx xi haga li fuqha jista` jippuntella l-pretiza gustizzja tal-komment tieghu. U l-prova tal-fatti in sostenn tla-eccezzjoni tal-"fair comment" gahndha tigi michuda, mhux ghar-raguni illi c-Chairman tal-kumpannija kwerelanti ma jidholx fl-elenku tal-persuni li dwarhom il-ligi tal-istampa tippermetti l-prova tal-verita` tal-fatti, imma ghaliex il-fatti li taghhom tintalab il-prova ma gewx specifikati, u ghaliex ebda komment ma jista` jkun "fair" jekk ikun bazat fuq fatti li ma rrizultaw likienu noti lill-kwerelat meta ghamel il-komemnt "de quo"; u gahx ebda komment, jekk il-fatt mhux pruvat, ma jista` jitqies "fair comment". Jekk il-Qorti tal-EWwel Istanza tommetti li tiddecidi l-ispejjez, xejn ma tista` tipprovdi dwarhom il-QOrti tat-Tieni Istanza, ghax ma hemmx appell "Ab omissa decisione"; il-QOrti tal-Appell tista` pero` tiddecidi l-ispejjez tat-tieni istanza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info