Reference: Volume 43D (1959), Part No. 3, Section , Page 870

Judgement Details


Date
06/10/1959
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
AVUKAT DOTTOR ETTORE LUCIA NE. vs AVUKAT DOTTOR GAUDENZIO BORG ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1435 U 1436 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - CITAZZJONI - FORMOLI STAMPATI - GURISDIZZJONI - IRRITWALITA' - KOPJA KUMMISSJONI - RIZOLUZZJONI
Summary
Hu validu l-patt, u obligatorju, li in forza tieghu, f'kaz ta' kontroversja derivanti minn kuntratt,jigi adit tribunal determinat b'eskluzjoni ta' kull wiehed iehor, anki ta' dak legittimu skond il-kompetenza territorjali; pero' dan hu patt li jrid jirrizulta soddisfacentement pruvat. U din il-prova ma tintlahaqx billi tigi ezibita formola ta' fattura tad-ditta estera jew kopja-kummissjoni rigwardanti l-merkanzija fil-kwistjoni. Ghax il-kopja tal-fattura ma tippruvax haga ohra hlief li d-ditta estera hija solita tistipula dak il-patt, u ma tippruvax li dak il-patt gie stipulat fil-kaz in inspecje; u kwantu ghall-kopja-kummissjoni, lanqas din ma tipprova soddisfacentement dan il-patt, jekkmic-cirkustanzi tal-kaz jidher li l-istess ma giex inkluz fil-ftehim. Jekk il-bejjiegh jonqos li jaghmel il-konsenja fiz-zmien miftiehem, ix-xerrej jista' jitlob, kif jaghzel hu, jew il-hall tal-kuntratt jew li hu jigi mqieghed fil-pussess tal-hwejjeg mibjugha, kemm il-darba d-dewmien ikun gie kagunat mill-bejjiegh stess. Imma r-rizoluzzjoni tal-kuntratt trid tigi pronunzjata mit-tribunat; ghaldaqstant, jekk id-ditta estera tonqos li tibghat il-merkanzija fiz-zmien stipulat, u x-xerrej jaghzel li jigi rizolut il-bejgh, huwa ghandu jippremetti talba biex jigi dikjarat rizolut il-kuntratt tal-bejgh, qabel id-domanda tieghu ghad-danni. Diversament, ic-citazzjoni tkun irritwali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info