Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 748

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/06/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
SAVERIA SCIORTINO ET. vs CARMELO MICALLEF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1266, 1268, 1187, 1369, U 1370 TAL-KODICI CIVILI - ART. 792 U 155(1) TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - ATTI GUDIZZJARJI - AZZJONI PAWLJANA - CITAZZJONI - KAWZALI - NULLITA' - PRESKRIZZJONI - REXISSJONI - SIMULAZZJONI
Fil-Qosor
L-eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarja minhabba vjolazzjoni tal-formalitajiet preskritti mil-ligi ma tistghax tinghata meta l-parti li taghtiha tkun baqghet taghmel, jew, ghad li tkun taf biha,tkun halliet li jsiru, attijiet ohra wara, minghajr ma teccepixxi dik in-nullita'. Apparti dan, il-gurisprudenza taghna nterpretat id-dispozizzjoni rilevanti tal-ligi fis-sens illi ma giex adottat ir-rigur li donnhom iridu jfissru l-kliem ta' dik id-dispozizzjoni; u gie ritenut illi l-ligi ma tirrikjedix kliem partikulari ghal kif ghandha tigi formulata c-citazzjoni; imma bizzejjed jiftiehem x'ikun qed jitlob l-attur; b'mod illi l-kawzali tista' tkun espressa anki lakonikament, tista' tkun sahansitra ndotta mid-domanda, u, jekk ma tkunx cara bizzejjed fic-citazzjoni, bizzejjed tkun spjegatafid-dikjarazzjoni relattiva. Ghalkemm ir-ragel hu kap tal-komunjoni tal-akkwisti, hu xejn ma jista'jaghmel biex jippregudika d-drittijiet ta' martu fl-istess komunjoni; u allura, jekk ragel li ghandu tfal mill-ewwel zwieg, jikkostitwixxi ruhu debitur lejhom ad insaputa tat-tieni martu, u l-eredi ta' din iridu jimpunjaw dak il-kuntratt ghax pregudizzjevoli ghall-komunjoni tal-akkwisti tat-tieni zwieg, l-azzjoni taghhom hi azzjoni pawljana, u mhux azzjoni rexissorja, u ghaliha hija applikabbli l-preskrizzjoni ta' 30 sena, u mhux dik ta' sentejn jew hames snin preskritta ghall-azzjoni ta' rexissjoni. U anki jekk fil-kaz tkun tirrikorri simulazzjoni, il-preskrizzjoni tibqa' dejjem dik ta' 30sena; ghax is-simulazzjoni hija forma ta' frode, u bhala tali taqa' taht is-sanzjoni tal-azzjoni pawljana.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni