Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 822

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/11/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ALFREDO CACHIA ZAMMIT ET. vs RAFFAELE BARBARA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 571 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI PETITORJA - AZZJONI POSSESSORJA - MANUTENZJONI - MOLESTJA - PUSSESS
Fil-Qosor
Min jipproponi azzjoni possessorja ta' manutenzjoni huwa fid-dmir li jipprova li l-parti l-ohra arrekat molestja fil-"pussess" tieghu. Ghall-konservazzjoni tal-pussess ta' hwejjeg immobili hu bizzejjed l-animu, ossija l-intenzjoni fil-possessur li hu ghandu dan il-pussess; u darba akkwistat, il-pussess ma jintilefx bl-inerzja tal-possessur biss. Jekk il-kawza hi possessorja, l-istess ma ssirx ta' natura petitorja mhabba l-provi li jirrizultaw "hinc inde"; ghax ir-regola li tipprojbixxi l-kumulu tal-petitorju mal-possessorju hija ta' ordni publiku, u din il-projbizzjoni ma tistax tigi sanatabl-akkwjexxenza jew bil-kunsens, espress jew tacitu, tal-kontroparti. U l-gudikant, li f'idejh hijal-osservanza u l-applikazzjoni tal-ligi, ma jistax jahrab minn dik il-projbizzjoni minghajr ma jmurkontra l-awtorita' tal-istess ligi. Imma, biex ikun hemm molestja, mhux bizzejjed fatt materjali,izda hemm bzonn l-intenzjoni, f'min jaghmel dak il-fatt, konsistenti fl-affermazzjoni ta' pussess proprju kuntrarju ghall-pussess ta' haddiehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni