Reference: Volume 43D (1959), Part No. 4, Section 2, Page 880

Judgement Details


Date
08/01/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs JOSEPH MICALLEF STAFRACE, B.A., L.P.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"FAIR COMMENT" - ART. 15 U 16 TAL-KAP. 117 - ART. 4, 6 U 868 TAL-KODICI KRIMINALI - AZZJONI KRIMINALI - GURNAL - GVERN - GVERNATUR - KARKATURA ("CARTOON") - KOSTITUZZJONI TAL-1947 - KRITKA GURNALISTIKA - LIBELL - MINISTERU - NULLITA' - PREROGATTIVA TAL-KURUNA - PROVA - SOPRASSESSJONI - VERITA' TAL-KONVICJU
Summary
Skond il-gurisprudenza, is-soprasessjoni ta` kawza kriminali sakemm tigi deciza mit-tribunla ta` gurisdizzjoni civili kwistjoni pregudizzjali sollevata fl-istess kawza kriminali ma ghandhiex tgi facilment koncessa; ghax l=ordni pubbliku, li ingenerali hu a bazi tal-proceduri kriminali, jehtieg li jigi ristabbilit sollecitament; u minbarra dan, id-dispozizzjoni relattiva ghas-soprassessjoni tikkonstitwixxi eccezzjoni ghall-prinicpju generali tal-kompetenza pjena tal-Magistrat li jiehu konjizzjonital-fatt prinicpali; u l-gudikant tal-kwistjoni principali hu kompeenti biex jiehu konjizzjoni tal-eccezzjonijiet lijigu sollevati kontra dik il-kwistjoni. Dan kollu hu aktar veru meta l-pregudizzjali ma taffettax kawza wahda, imma tista` taffetta l-kawzi kriminali kollha; ghax f'kull kawza kriminali l-azzjoni hi publika (ghad li tista` tkun persegwibbli, skond il-kaz, jew "ex ufficio" jew b'istanza privata) ughalhekk id-dewmien ta` decizjoni dwar il-pregudizzjali jista` jippregudika serjamentl-andament tal-ammisitrazzjoni tal-gustizzja kriminali. In-natura eccezzjonali tas-soprassessjoni titnissel ukoll mir-regola lil-azzjoni kriminali hija ndipendenti mill-azzjoni civili. Barra minn hekk, sabiex ikun hemm lok ghas-soprassessjoni jehtieg li l-Qorti ta` Gurisdizzjoni Kriminali nvestitabil-kwistjoni prinicpali ma jkollhiex elementi bastevoli biex taqta` l-eccezzjoni li ghar-rigwardtaghha tkun qeghda tintalab is-soprassessjoni, jew li dik il-Qorti tkun fl-impossibbilita` guridka litiddecidi l-kwistjoni prinicpali qable tigi deciza minn tribunal iehor l-eccezzjoni. Ghaldaqstant jekk l-imputat huwa mharrek biex jirrispondi ghal reat lilu addebitat, uhuwa jissoleva l-eccezzjoni li l-azzjoni kriminali ezercitata kontra teighu hija nulla ghax ezercitat mill-Gvernatur meta l-Kostituzzjoni kienet sospiza u ma kienx hemm Gvern bil-Ministri, u jitlob is-soprassessjoni tal-kawza maghmula kotnra tieghu sakemm tigi deciza din l-eccezzjoni mit-tribunal civili, din it-talba ma hix ta`min jilqaghha, ghax fi-kaz ma jikkonkorrux l-elementi fuq esposti bhala mehtiega biex jiggustifikawl-akkoljiment tas-soprassessjoni mitluba. Kwantu ghall-meritu tal-eccezzjoni, di mhix infodnata; gahx ma hux korrett lijingahd li, meta iet sospiza l-Kostituzzjoni tal-1947, ukien hemm id-dimissjonital-ministeru minghajr ma gie nominat ministeru iehor, ma kiens hemm gvern investit bil-poter li jezercita l-azzjoni kriminali. Dan il-poter gie nvestit fil-Gvernatiru in bazi ghar-rivivixxenza tal-istess poter fil-Gvernatur bhala effett tal-Prorgattiva tal-Kuruna, u anki stante likienet saret ir-revoka ta` klawsola fl-"Instructions" li kellu l-Gvernatur u li kienu gew moghtija lilu flimkien mal-promulagazzjoni ta` di k il-Kostituzzjoni Barra minn dan, il-Gvernatur ta` Kolonja ghandu l-poterikollha mehtiega biex ikun jista` jmexxi l-gvern ezekuttiv tal-Kolonja li ghaliha jkun prepost. U lanqas hu korrett jinghad li, qabel ma nqalghet il-krizi ministerjali, fil-poter ezekuttiv, ukwindi l-gvern, kien koncentrat fil-ministri biss; imma anki l-Gvernatur, kostituzzjonalment, kien parti mill-Gvern; u ghakemm, met hemm gvern responabbli, il-funzjonijiet tal-Gvernatur ikun necessarjament ristretti bil-fatt stess lijkun hemm il-ministri, u fil-kaz tal-kostituzzjoni tal-1947, ghal dak li kien jirrigwarda l-amterji mhux rizervati, il-Gvernatur kellu jimxi fuq il-parir tal-Kunsill Ezekutiv,il-klawsola fl-imsemmija "Instructions" litirrendi mehtieg il-parir tal-ministri giet abrogata. B'daqshekk ma jistax jinghad li ma kiens hemm aktar Gvern malli ddimettew il-ministri, ghaliex kostituzzjonalment l-Ezekuttiv ma kienx jikkonsisti biss fil-miistri, imma anki fil-Gvernamtru. Kien hemm allura "care-taker government", u certament it-tmexxija tal-azzjoni kriminali tidhol fil-funzjonijiettal-"care-taker government", ghax , bla dubju, dik litissejjah "day to day administration" tikkomprendi l-andament tal-amministrazzjoni tal-gustizzja kriminali. Kwisjtonijiet ohra dwar x'seta` u majagheml il-Gvernatur meta baqa` bla ministri, u jekk agixxiex kostituzzjonalment meta ezegwixxa programm legislattiv u amministrattiv minghajr l-approvazzjoni tal-Assemblea Legislattiva, ma humiex kwistjoijiet u jidhlu fil-portat tal-eccezzjoni, u ma jaffettawx il-kariga tieghu ta` Gvernatur, u lanqas ma jaffettaw il-konkluzjoni li, anki wara l-krizi, bhala Gvernatur hu kien jikkostitwixxi l-Gvern, li alemnu kellu poter li jistitwiixi azzjonijiet kriminali ghall-finijiet tal-Kodici Kriminali. Issa, il-Ligi tal-Istampa tiddisponi illi kull min, bil-mezz ta` publikazzjoni jew distribuzzjoni fil-Gzira ta` Malta u l-Gzejjer li jaghmlu maghha ta` stampati, ikun liema jkun il-post liminnu jkunu gejjin, jinsulta jew jingurja, jew jikkaguna mibgheda jew disprezz lejn il-persuna tal-Gvernatur, jehel il-piena tal-prigunerija u tal-muta kif stabbilit fl-art. 6 ta` dik il-Ligi. U meta ssir impuazzjoni kontra l-imputat ta` dan ir-reakontra l-persuna tal-Gvernatur, il-qorti mhix intitolata tindahal jekk dik id-dispozizzjoni hijiex odjuza jew le; ghax it-tribuanl huwa msejjah biex jinterpreta u japplika l-ligi, u mhux biex jikkrtikaha; imma jista` jigi osservat li din mhijiex xi dispozizzjoni ntrodotta fis-sistema legisalttiv malti mhabba l-emergenza linqalghet bir-rizenja tal-ministri, jew xi ligi eccezzjonali, imma hi pari mill-ligijiet ordinarji tal-pajiz, u dispozizzjoni simili tezistikwazi fil-ligijiet kollha; u l-istess ligi taghti din il-protezzjoni specjali anki li ceri persuni ohra, bhala ma huma l-Arcisqof ta` Malta u Isqof ta` Ghawdex. Jista` wkoll jizdied li dan it-trattament specjali tal-Gvernaturi bhala rapprezentant tas-Sovran, ma hux xi haga limitatghal-Ligi tal-Istampa, imma l-Gvernatur gie mqieghed f'pozizzjoni privleggjata anki ghar-rigward ta` proceduri legali.U dan mhux bla raguni, imma hu dovut ghan-necessita` l jigi salvagwardat il-prestigju tal-kariga tal-Gvernatur. Mhix accettabbli l-osservazzjoni illi, ghax il-Gvernatur ghamel attijiet anti-kostituzzjonali, allura huwa tlef il-protezzjoi specjali li taghtieh il-Ligi tal-Istampa; kieku kellu jigisuppost illi l-Gvernatur ghamel attijiet illegali, b'daqshekk ma tigix il-konsegwenza li hu ma jibqghax Gvernatur. L-allegata illegalita` tista` talvolta ggib, fl-aghar ipotesi, in-nullita` ta` dawkl-attijiet, imma ma ggibx li hu ma jibqghax Gvernatur, cjoe` dik il-persuna li favur taghha hemm it-tuela specajli ta` dak l-art. 6 tal-Ligi tal-Istampa, li kkrea dan ir-reat specajli bhala ligi tal-pajjiz, li l-Qorti ghanda tosserva. Lanqas ma hu accettabbli l-argument defenzjonali fis-sens illil-imsemmi art. 6 tal-Ligi tal-Istampa hu applikabbli biss meta jkun hemm Gvernatur ghamel attijiet illegali, b'daqshekk ma tigix il-konsegwenza li hu ma jibqghax Gvernatur. L-alelgata illegalita` tista` talvolta ggib,fl-aghar ipotesi, in-nullita` ta` dawk l-attjiiet, imma ma ggibx li hu ma jibqghaxGvernatur, cjoe` dik il-persuna li favur taghha hemm it-tutela specajli ta` dk l-art. 6 tal-Ligi tal-Istampa, likkrea dan ir-reat specajli bhala ligi tal-pjjiz, li l-Qorti ghandha tosserva. Lanqas ma hu accettabbli l-argument defensjonali fis-sens illil -imsemmi art. 6 tal-Ligi tal-Istampa hu applikabbli biss meta jkun hemm Gvern Responsabbli, u mhux meta l-gvern ikun f'idejn il-Gvernatur wahdu. Hu veru illi l-Gvernatur hu protett ahjar meta jkun hemm mnistri responsabbli, ghaliex allura n-nazzjon tista` ticcesura lill-ministri ghall-amministrazzjoni taghhom, mentri, meta ministri ma hemmxu l-gvern ikun f'idejn il-Gvernatur wahdu, il-kritika bilfors taqa` fuqu; imma l-imsemmi art. 6 majaghmelx distinzjoni bejn Gvernatur meta hemm mnistri responsabbli u Gvernatur meta ma hemmx ministri; u l-istudju ezegetiku ta` din il-ligi jiehu proprju ghall-konkluzjoni opposta. Bi gvern responsabbli jew le, il-Gvernatur jibqa` dejjem tali, cjoe` dak li l-ligi riedet tipprotegi specajlmen b'danl-art. 6 tal-Ligi tal-Istampa. Konsegwentement, fil-kaz ta` ingurji lill-Gvernatur huwa applikabblil-art. 6, u mhux l-art. 15, tal-Ligi tal-Istampa; jigifieri illi f'kaz ta` libell fejn il-persuna ngurjata huwa l-Gvernatur, huwa applikabbli d-dispost specjali tal-art. 6 u mhux id-dispost tal-art.15 tal-istess ligi, li jikkontempla l-libelli in generali. U ladarba hu hekk, mhix ammissibbli l-prova al-verita` tla-fatti; gahx filwaqt illif'kazi ta`l ibelli in generali l-ligi ssemmi dawk il-kazijiet li fihom din il-prova hi ammissibbli, fil-kaz ta` libell dwar il-persuna tal-Gvernatur l-art. 6tal-Ligi ma jsemmi xejn din il-prova. U dan hu konformi ma` sistemi legilattivi ohrjan. Apparti x'kien ikun ir-rizultat eventwali ta` din il-prova, l-imputazzjoni taht l-art. 6 ma tammettix il-prova tal-verita`. Ma ghandux b'daqshekk jigi argumentat illi l-Gvernatur ikun "al di sopra" ta` kull kritika. Il-pozizzjoni gusta, invece, tidher li hi din; meta jkun hemm il-ministri hu natruali li l-kritika tal-amministrazzjoni tigi rivolta lilhom; meta mnistri ma hemmx, jehtieg dejjem li c-cittadin jibqa` jkollu d-dritt invjolabbli u sakrosant li jikkritka l-attjiet tal-Gvern, u ghalhekk, met dan l-attijiet ikun qieghed jaghmilhom il-Gvernatur wahdu, allura hu naturali li l-kritika tal-amministrazjoni tigi rivolta lilu. Imma altru kritika tal-ammnistrazzjoni tigi rivolta lilu. Imma latru kritika fil-limiti gusti, ulatru ngurji. Ma jidher bl-ebda mod li l-imsemmi art. 6 ghandu jigi nterpretat bhala ostattiv ghal dil-kritika; imma jekk il-kritika tiskonfina mill-limiti gusti, u tittramuta f'attakk personali u f'ingurji, allura wiehed ghandu necessarjamnt jaqa` fl-ambitu tal-art. 6, ghax dak l-artikolu, u ebda iehor, jikkontempla l-kaz ta`ngurji lill-Gvernatur. jekk il-Prosekuzzjonitindika bhala libelluz bran mehud minn artikolu publikat f'gurnal, minghajr ma tirriferixxi ghall-artikolu shieh, xorta wahda l-Qorti ghandha tikkunsidra dak il-bran fuq l-isfond tal-artikolu kollu,sabiex jigi osservat il-principju li ghandhom jitqiesu l-kliem partikulari, izda dejjem fil-kontesttal-artikolu shieh. Id-difiza tal-"Fair comment" u dik tal-liberta` tal-krtika gornalistika, huma analogi, peress illi, jekk il-komment hu "fair", il-kritika hi gusta, imma hu komunement ritenut illil-krtika ghandha tkun ragjonevoli u moderata, u l-eccess fil-kliem uzat fil-krtika jista` jinnewtralizza d-difiza tal-"fair omment". hu mehtieg li l-krtika ma tkunx smeplici abbuz jewinvettiva taht l-apparenza ta` kritika. u tabilhaqq, ma hemm xejn ingurjuz jekk dak li jigi publikat jintqal bid-decenza u r-rispett, u minghajr imputazzjoni ta` motivi hziena; imma jekk l-artikolista jmur aktar il-quddiem, u jinsinwa li l-persuna censurata agixxet bi hsieb parzjali u korrott, jew bl-intenzjoni litiffavorixxi jew topprimi xi individwu jew kalssi ta` nies, allura l-publikazjzoni tkun ferm libelluza, u teccedi l-liberta` tad-diskussjoni fuq suggett poltiku li hija permessa mil-ligi. U ghandu jigi osservat illi l-istampa ma ghandhiex xi privilegg specajli, imma dak stess li ghandu c-cittadin ordinarju. Ghaldaqstant ghandu jigi ezaminat jekk, meta jigu applikati dawn il-prinicpji, il-persunatal-Gvernatur gietx insultata u vilifikata, u giex kagunat lilu disprezz u mibgheda, billi l-kliempublikati a kariku tieghu jbaxxuh fl-istima li handhom teighu n-nies ben pensanti. Hadd, certament,ma jista` jinkolpa lill-artikolista kieku,wara li enuncja, mhux bi travizament u ezagerazzjoni, imma gustament u korrettament, ic-cirkustanzi ta` fatt, ikkommenta u lmenta b'mod sobriju u temprat, anki jekk bi kliem vivaci, li fil-fehma tieghu, tajba jew hazina ma jimpurtax, lil-Gvernatur kiser il-Kostituzzjoni u kkommetta l-atti l-ohra kontra teighu denuncjati mill-artikolista; imma dan jirrendiruhu hati ta` ingurja lill-persuna tal-Gvernatur jekk il-kritka tieghu mhix obbjettiva tac-cirkustanzi, izda b'ligwagg ghal kollox immoderat jassumi certi fatti, jiznaturahom, u in konnessjoni maghhom jaghhmel attakk personali kontra l-Gvernatur b'invettivi u kontumelji li jeccedu l-limit ta` kritika gusta u lecita. Kwantu ghall-element intenzjonali, ma hux mehtieg ghall-integrazzjoni ta` dan r-reat li l-imputat ikollu l-intenzjoni specifika li jivvilifika; dak li humehtieg hu li jigu publikati kliem li joffendu r-riputazzjoni tal-kwerelant. Imma jekk ikun hemm xi ndizju ta` naimu ostili mill-parti tal-iskrivent tal-artikolu libelluz, dan l-animu jiddistruggi d-difiza tal-"fair comment".Anki karikatura ("cartoon") tista` tkun libelluza; ujekk din ma tkunx dedotta specifikatament fic-citazzjoni bhala bazi tal-imputazzjoni, imma tinsab imsemmija fl-istess artikolu li hu a bazi tal-imputazzjoni, dik il-karikatura hi wkoll prova tal-animozita` tal-iskrivent tal-artikolu, u teskludi d-difikza tal-"fair comment". Fl-ahharnett, l-allegazzjoni li lartikolu nkriminat huwa risposta ghaleditorjali li deher f'gazzetta ohra ma ghnadha ebda rilevanza; gahliex fl-artikolu nkrimant huwa ngurjat il-Gvernatur, li mal-editorjali tal-gazzetta l-ohra ma ghandu x'jaqsam xejn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info