Reference: Volume 40B (1956), Part No. 1, Section , Page 583

Judgement Details


Date
07/12/1956
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
HARRY FALZON PR. ET NE. vs CARMELO TANTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 4 TAL-ATT XVIII TAL-1951 - ART. 57 U 60 KAP. 68 - BEJGH TA' MOTOR CAR - BOLL - BWONA FEDE - NULLITA' - RATIFIKA - SKRITTURA
Summary
Kull bejgh ta' motor car ghandu jsir bil-miktub; u ma jidherx li jista' jigi ritenut li din l-iskrittura hija biss rikjesta ghall-finijiet tal-boll, b'mod li l-assenza tal-iskrittura tista' timporta biss kontravvenzjoni ghall-ligi fiskali bla ma ggib nullita' tan-negozju relattiv. Si tratta minn formalita' mhux semplicement "ad probationem", imma minn wahda "ad solemnitatem". U allura huwa car li n-negozju ta' motor car li sar bla skrittura mhux annullabbli biss, imma null u inezistenti "ipsojure"; u si tratta ta' nullita' li ma hemmx bzonn ghaliha ta' ebda dikjarazzjoni jew azzjoni "ad hoc". Ghaldaqstant, min jittrasferixxi karrozza bla skrittura ghandu dritt jirrivendikaha minn ghand ix-xerrej; ghax l-attur rivendikant jehtieglu jipprova li ghandu l-proprjeta' tal-karrozza, u din tirrizulta mill-fatt li, bl-inezistenza tan-negozju, il-karrozza baqghet tieghu, u mill-fatt li ma jistax jinghad li l-karrozza tappartjeni lil min jippossjediha in bwona fede; ghax hi massima li kull bniedem hu prezunt li jaf il-ligi, u kwindi li jmissu jaf li bla skrittura ma kien qieghed jakkwista xejn, u li konsegwentement fil-pussess tieghu hu in mala fede. Lanqas jista' jinghad illi bil-fatt tal-ezekuzzjoni tal-konvenzjoni permezz tal-konsenja tal-karrozza giet sanata n-nullita' tan-negozju;ghaliex diversament kien ikun facili ghall-partijiet li jeludu dispozizzjoni fiskali ta' ordni publiku. Konsegwentement, min jittrasferixxi karrozza tal-mutur bla skrittura jigi li ma biegh xejn, ul-karrozza baqghet tieghu, u huwa ghandu d-dritt jirrivendikaha minn ghand min xtraha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info