Reference: Volume 40B (1956), Part No. 1, Section , Page 515

Judgement Details


Date
16/03/1956
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
CARMELA FARRUGIA vs JOSEPH FENECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1409 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - CITAZZJONI KAWZALI - KAPARRA - NULLITA' - PROMESS TA' BEJGH
Summary
Fil-lingwagg guridika, il-kelma "kaparra" ghandha diversi sinifikati. Tista' tfisser dik is-somma ta' flus li wahda mill-partijiet taghti lill-ohra fil-mument li fih issir il-promessa ta' bejgh bl-intenzjoni li kull wahda mill-partijiet ikollha l-fakolta' terga lura mil-ftehim bit-telf tal-kaparra;tista' tfisser ukoll kwalunkwe haga li wahda mill-partijiet tikkonsenja lill-ohra fil-mument tal-konvenzjoni biex tindika li l-kuntratt gie konkjuz; u kulltant tfisser ukoll dik is-somma li debitur ihallas akkont ta' dak li ghandu jaghti, u li tipprova ugwalment li l-konvenzjoni giet konkluza, billi l-hlas akkont jattribwixxi principju ta' ezekuzzjoni. Fil-ligi Maltija, il-kaparra hi kontemplatabiss fil-kaz ta' promessa ta' bejgh; imma hu pacifiku li tista' tinghata kaparra anki f'kaz ta' bejgh, imma hu pacifiku li tista' tinghata kaparra anki f'kaz ta' bejgh definittiv, meta tkun differital-ezekuzzjoni; u billi dottrinalment u fil-prattika l-kaparra jista' jkollha aktar minn karattru wiehed, jehtieg li jigi ndagat fil-konvenzjoni partikulari l-karattru tal-kaparra skond l-intenzjoni tal-partijiet. Jekk minn dina l-indagini jidher illi l-kaparra giet moghtija bl-intenzjoni li kull wahda mill-partijiet tkun tista terga lura mil-ftehim, ix-xerrej li jkun ta' l-kaparra, u din tibqa'bhala piena, mitlufa favur il-venditur, il-kaparra ma tintelifx. Jekk fl-att tac-citazzjoni x-xerrej jitlob ir-restituzzjoni tal-kaparra prevja, jekk hemm bzonn, id-dikjarazzjoni li l-venditur naqasmil-ftehim li kellu max-xerrej, hemm espressa kawzali sufficjenti biex tissorreggi l-azzjoni; u dinhija istitwita sewwa; u ghalhekk mhix attendibbli l-eccezzjoni tal-venditur konvenut fis-sens li l-att tac-citazzjoni huwanull ghaliex it-talba ghar-restituzzjoni tal-kaparra ma gietx preceduta mid-domanda ghar-rizoluzzjoni tal-konvenzjoni. Jekk jirrizulta mill-provi li l-venditur li rcieva l-kaparra kien inadempjenti, dan hu obligat irodd il-kaparra. Imma anki jekk ikun hemm konflitt ta' providwar din l-nadempjenza, il-konflitt ghandu jmur favur l-attur xerrej; u mhux il-kaz li jinghad li d-domanda ghar-restituzzjoni tal-kappara ma gietx pruvata, u li kwindi l-konflitt tal-provi ghandu jibbenefika lill-konvenut. Ghax apparti li fid-dubju wiehed li fid-dubbju wiehed ghandu jiffavorixxir-restituzzjoni tal-kaparra anzikke' t-telfa taghha, hu pacifikament ricevut li, ghalkemm l-"onus probandi" hu mixhut fuq min jallega, eppure, meta dan ikun assoda "prima facie" t-talba tieghu, allura l-prova kuntrarja tinqaleb fuq il-parti l-ohra. U jekk hemm konflitt, vwoldiri li l-parti l-ohrama ssodisfatc din il-prova; bil-konsegwenza li l-konvenut ghandu jrodd il-kaparra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info