Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 311

Judgement Details


Date
01/10/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
AVV. DR. GIUSEPPE PACE ET. vs AVV. DR. GIUSEPPE VELLA NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
TALBA GHAL-LIKWIDAZZJONI U HLAS TA' SERVIGI - TASSAZZJONI
Summary
Huwa pacifikament ammess mill-Qrati Taghna li t-tassazzjoni tal-kawza ghandha tigi regolata mit-talba kontenuta fl-att tac-citazzjoni; pero' mhux fis-sens limitat tas-semplici inkartament, izda fis-sens ta' l-oggett taghha. U f'dan is-sens il-kumpless ta' dak li huwa in disputa, jista' jigi ragjonevolment indott jew determinat minn dak li jkun irrizulta waqt id-dibattitu u t-trattazzjoni tal-kawza, imma mhux minn dak li lilha jkun irid jigi attribwit, indipendentement mill-fatt jekk it-talba litigi proposta tkun akkolta jew tigi michuda. F'kawza ghall-hlas ta' servigi, fejn it-talba hija ghall-likwidazzjoni u hlas tas-servigi, it-talba ghall-likwidazzjoni tas-servigi hija necessarjament preordinata ghall-hlas taghhom, u ma thassarx l-oggett principali tad-domanda, li huwa dak tal-hlas tas-servigi. Dak il-pagament huwa l-oggett principali tal-kawza, u l-likwidazzjoni hija dikjarazzjoni necessarja sabiex l-attur jirnexxi fid-domanda ghall-kundanna ghall-hlas. U meta z-zewg talbiet isiru simultaneament fl-istess citazzjoni, huwa gust, logiku u skond il-ligi, li t-talba ghall-pagament tigi ntaxxata "ad valorem" u dik ghall-likwidazzjoni bhala semplici dikjarazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info