Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 307

Judgement Details


Date
30/06/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
EMMA CIAPPARA vs SALVATORE CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
PERMUTA - RETRATT - SIMULAZZJONI
Summary
Mhix vjetata mill-ligi kull kontrattazzjoni, bhalma hija permuta, li ssir biex jigi eluz id-dritt ta' retratt li xi hadd jista' jkollu fuq il-fond li jifforma l-oggett tal-kontrattazzjoni; purke' dikil-kontrattazzjoni tkun vera u reali, u mhux simulata. Biex permuta li tkun saret b'dan l-iskop tigi ritenuta vera u reali hemm bzonn li l-fond ricevut bhala korrispettiv tal-fond li fuqu hemm kwistjoni ta' rkupru jkun dahal fid-dominju ta' min ikun akkwistah. Dak l-akkwirent pero' ma hux tenut izomm ghalih dak il-fond hekk akkwistat, lanqas ghal mument wiehed. Huwa jista' jiddisponi minnu, biprofitt jew minghajr profitt; u jista' wkoll jipprepara ruhu minn qabel biex, wara li jakkwistah, jiddisponi minnu; u dan anki bl-ajjut tal-kompermutanti l-iehor. Dak li huwa mehtieg biss huwa li l-permuta tkun vera u reali, jigifieri li l-fond akkwistat bhala korrispettiv ikun tassew dahal fil-patrimonju tieghu. L-indizji tas-simulazzjoni mhux biss iridu jkunu gravi, precizi u konkordanti, immajridu jkunu wkoll tali li kontra taghhom ma kunx hemm indizi ohra li jiggeneraw dubju li l-att seta' kien veru u reali. Fil-kaz prezenti kien hemm indizi gravi ta' simulazzjoni; pero' din ma gietx akkolta billi kien hemm indizi ohra li kienu jiggeneraw dan id-dubju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info