Referenza: Volum 33E (1949), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 375

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/04/1949
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
MARIA ROSA FIORINI vs CARMELO MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARREST PERSONALI - ART. 359 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - FISSAZZJONI TAL-MOD U ZMIEN GHALL-HLAS TAD-DEJN
Fil-Qosor
Gie deciz mill-gurisprudenza taghna illi biex ikunu jistghu jigu stabbiliti l-mod u z-zmien tal-pagament ta' dejn ghall-finijiet ta' l-arrest personali tad-debitur, hemm bzonn illi l-proventi jew venditi tieghu jkunu certi u determinanti, u illi minn dawk il-proventi jibqaghlu avanz jew sopravanz wara li jigi mnaqqas dakli jkun indispensabbli ghal-alimenti tieghu u dawk tal-familja tieghu. Imma gie wkoll deciz illi l-ezami tac-cirkustanzi, jigifieri jekk id-debitur ghandux jew le mezzi biex jestingwi d-dejn tieghu, ma jitax isir fil-kawza ntiza ghall-fissazzjoni tal-mod u z-zmien halli jkun ezegwit il-pagament, izda fil-kawza ohra li tigi wara li jkollha bhala oggett il-hrug tal-mandat ta'l-arrest personali. Din l-apparenti kontradizzjoni tista' tigi konciljata fil-pratika mal-hajja gjornaljera u bl-adattament elastiku li ghandha jkollha l-gurisprudenza bla hsara tal-ligi. U ghalhekk, billi jkun prattikament inutili li l-Qorti tiffissa l-mod u z-zmien ghall-hlas lid-debitur li jiddependi mill-karita' publika, mentri li min ghandu mpjieg fiss u qieghed jahdem gandu jaghmel sforz moderat biex jestingwi, anki in parti, l-obligazzjonijiet tieghu, il-Qorti tista' f'kawza preparatorja ghall-arrest personali tad-debitur, ikollha rigward ghall-fakolta finanzjarja tieghu: b'mod li fil-generalita' tal-kazi jkun adempjut il-vot tal-ligi, bla ma tinghata licenza zejda lid-debituri li jkunu dizonesti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni