Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 266

Judgement Details


Date
28/04/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
LUCREZIA CASSAR ET. vs FILIPPO SPITERI NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 577, 578, 579, 580, 568 U 569 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI RIVENDIKATORJA - ESTREMI - GARANZIJA - PROVA - PUSSESS TA' BWONA JEW MALA FEDE - SPEJJEZ
Summary
L-azzjoni rivendikatorja ghandha bhala estremi d-dominju jew proprjeta' f'min jezercitaha u l-pussess tal-haga li trid tigi rivendikata ghand dak li kontra tieghu tigi ezercitata dik l-azzjoni. Sakemm l-attur ma jippruvax li ghandu l-proprjeta' tal-haga li jrid jirrivendika, ghandu jipprevali l-pussess tal-konvenut, in forza tal-principju "possideo quia possideo". Il-prova tal-proprjeta' necessarjament tirrizulta mill-prova ta' tliet elementi, jigifieri li jkun jezisti fatt guridiku kapaci lijaghti ezistenza lir-rapport bejn il-persuna u l-haga li fiha tikkonsisti l-proprjeta', illi l-persuna li tkun qieghda tagixxi tkun is-suggett ta' dak ir-rpaport, u li l-haga li fuqha jkun hemm il-pretensjoni tal-proprjeta' tkun dik l-istess haga oggett tar-rapport. In kwantu ghal liema fatti guridici kapaci li jaghtu ezistenza ghar-rapport ikunu necessarji, huwa indifferenti illi l-fatt ikun ta'speci jew ohra; basta li jkun tali li minnu jista' jsorgi fatt guridiku li jnissel mieghu l-proprjeta' jew id-dominju skond il-fatt guridiku li jkun. Imma l-prova ta' l-elementi trid issir: inklele'l-istess ma jigix pruvat. Il-possessur ta' mala fede ghandu jirrestitwixxi l-frutti percepiti, jewli bid-diligenza ta' missier tajjeb tal-familja setghu jigu percepiti mill-fond, fiz-zmien li huwakien jippossjedih in mala fede; u ma ghandux dritt ghall-ispejjez li huwa jkun ghamel fil-fond; mentri l-possessur ta' bwona fede huwa obligat jirrestitwixxi biss dawk il-frutti minn meta ssirlu t-talba ghar-rilaxx tal-fond; u barra minn dan, huwa ghandu wkoll dritt ghar-rimbors ta' l-ispejjez utiliu necessarji li jkun ghamel fil-fond meta kien jippossjedi in bwona fede, sew jekk ikun jissokta, kemm jekk ma jkunx jissokta l-effett taghhom. Possessur ta' bwona fede, skond il-ligi taghna, huwa dak li ghal ragunijiet li ghandhom mis-sewwa jahseb illi l-haga hija tieghu; mentri huwa possessur ta' mala fede min jaf, jew minhabba c-cirkustanzi ghandu jkun jaf, illi l-haga li huwa jippossjedi mahix tieghu, imma ta' hadd iehor. Il-bwona fede hija prezunta; u min jallegaha irid jippruvaha. L-awtur tal-possessur, li jigi msejjah fil-kawza biex jiddefendi l-possessur li kontra tieghu giet proposta l-azzjoni rivendikatorja in vista tal-garanzija li ghamel tat-trasferiment favur il-possessur hekk azzjonat, ma jistax jigi kundannat fl-istess gudizzju in forza tar-rilevanza minnu assunta favuril-possessur fl-att tat-trasferiment. Imma jekk huwa kien in mala fede meta ghamel dak it-trasferiment, huwa ghandu jbati l-ispejjez tieghu fil-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info