Reference: Volume 82 (1998), Part No. 2, Section 1, Page 441

Judgement Details


Date
05/10/1998
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
GLORIA MART JONATHAN BEACOM ET vs L-ARKITETT U L-INGINIET CIVILI ANTHONY SPITERI STAINES
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI - INTERPRETAZZJONI - LOKAZZJONI - TITOLU - ZGUMBRAMENT
Summary
L-attrici agixxiet ghal zgumbrament tal-konvent minn appartament minnu okkupat. Il-Qrati jkunu obbligati jinterpretaw il-konvenzjoni "meta" kuntratt il-partijiet ma jkunux spjegaw ruhhom car jew postjorment ghall-kuntratt jintervjeni avveniment li jkollu bhala konsegwenza kwistjoni li ma tkunx gietpreveduta u li kien hemm bzonn li tigi maqtugha u din ghandha tigi primarjament interpretata skondl-intenzjoni tal-partijiet li jkunu hadu. Fil-kaz taht ezami indubbjament il-partijiet kontraenti spjegaw ruhhom aktar minn car fil-kuntratt. Ma intervjana ebda avveniment posterjuri ghalih b'konsegwenzi imprevedibbli. Ghall-kuntarju, l-istat ta' dritt illum baqa' - safejn kien jirrigwarda l-kontraenti - tista' tghid kif kien dakinhar meta sar il-kuntratt. Fir-rigward tal-parti indiviza tal-fond li l-appellat kien qed jiddetjeni b'titollu ta' subenfitewsi temporanja, din kellha tirriverti lura lis-suddirettarju appena giet terminata l-koncessjoni. Dwar din il-parti, il-Qorti ta' l-Appel irriteniet illi l-konvenut appellat ma jistax jippretendi li ghandu xi titolu u llum - wara li skadat-terminu - qed jokkupaha bla ebda titolu validu fil-ligi. Fir-rigward tal-parti indiviza l-ohra tal-fond li hu kien qed jiddetjeni b'titolu ta' lokazzjoni din il-Qorti tqis dik il-parti tal-kuntrattbhala guridikament inaccettabbli b'dan pero' illi dak il-kuntratt bhala guridikament inaccettabblib'dan pero illi dak il-kuntratt kien johloq rapport "sui generis" bejn il-kontraenti li assigura, kif assigura, l-uzu u l-godiment li kellha l-uzufruttwarja f'dik il-parti tal-fond lill-appellat, ghalzmien determinat, li jikkoincidi, mat-terminazzjoni tal-koncessjoni enfitewtika. Il-fatt li ma kinitx tezisti lokazzjoni vera u proprja ma jfissirx li b'daqshekk il-konvenut appellat kien qed jokkupa dik il-parti indiviza tal-fond bla titolu. Titolu, kif inghad, kellu, izda dak it-titolu intemm appenna skada t-terminu tal-koncessjoni enfitewtika. Minn dakinhar 'il quddiem il-konvenut appellatkien qed jokkupa ukoll il-parti tal-fond minghajr ebda titolu validu fil-ligi in kwantu hu ma setaxjuzufruwixxi mid-dritt ghar-rilokazzjoni tacita in virtu' tal-ligijiet specjali tal-kera. Il-Qortita' l-Appell ghalhekk irrevokat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti u ordnat l-izgumbrament tal-konvenut urrimettiet l-atti lura lill-Ewwel Qorti ghall-finijiet tat-talba ghal danni




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info