Reference: Volume 36B (1952), Part No. 1, Section , Page 279

Judgement Details


Date
12/12/1952
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
GOUDER TANCRED, HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
NEG. ANTONIO CASSAR TORREGGIANI NE vs PAOLO PISANI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 494, 501 U 502, TAL-KODICI CIVILI - ILMA - PRESKRIZZJONI - RETRATT - SERVITU' - VICINANZA
Summary
Jekk servitu' kontinwa u apparenti ma tirrizultax minn titolu jew mid-destinazzjoni ta' missier il-familja, jibqa' biss li t-titolu ghal dik is-servitu' jirrizulta akkwistat bil-preskrizzjoni. Imma l-pussess ta' dik is-servitu' f'idejn min jippretendi dak it-titolu ma jiswiex ghaz-zmien li fih huwa kien biss inkwilin tal-fond; billi b'ligi s-servitu' li l-kerrej ikun halla li tigi ezercitata fuqil-fond mahix ta' hsara ghas-sid. Il-vizibilita' tas-servitu tista' tigi argumentata bhala haga certa mentri, meta jkunu fil-fond dominanti, jehtieg li jirrizulta car li kien hemm dan l-element tal-vizibilita'. U jekk il-possessur tal-fond jikkrea xi fatt gdid li minnu titnissel is-servitu', il-preskrizzjoni tibda tghaddi mill-istat gdid hekk kreat, minghajr ma jista' l-pussess il-gdid jigi kongunt mal-pussess l-antik ghall-finijiet taz-zmien tal-preskrizzjoni. Meta l-ilma ax-xita jaqa' minn fond ghal iehor naturalment, u mhux bl-ajjut ta' l-opri tal-bniedem, is-servitu' hija legali, u bhala tali ma taghtix dritt ghall-irkupru. Jekk l-opra tal-bniedem tkun qieghda biss tirregola l-ezercizzju tas-servitu', minghajr ma tkun qieghda ggib ebda alterazzjoni fl-istess servitu', is-servitu'tibqa' legali u ma titbiddilx ix-xorta taghha: u ghalhekk id-dritt ta' l-irkupru jibqa' eskluz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info