Referenza: Volum 36B (1952), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 212

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/06/1952
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
JOSEPH AZZOPARDI vs RITA AZZOPARDI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ABBANDUN - ART. 154 U 1862 TAL-KAP. 23 - BENI DOTALI U BENI PARAFERNALI - KOMMUNJONI TA' L-AKKWISTI - MARA - PATRIA POTESTA' - SEPARAZZJONI PERSONALI - TFAL
Fil-Qosor
It-tfal legittimi ghandhom ikunu taht is-setgha ta' missierhom sakemm ma tkunx spiccat il-patria potesta' tieghu fuqhom; u l-mara ma hix investita mill-ligi b'ebda attribut ta' patria potesta' fuq it-tfal minuri taghha. Il-ligi ma tirrikonoxxix is-separazzjoni "di fato"; u ghalhekk, meta l-mizzewwgin ikunu separati "de facto", ma hemmx lok ghal ebda provvediment dwar it-tfal bhal ma jinghata fil-kaz ta' pendenza jew decizjoni tal-kawza tas-separazzjoni personali - salv li l-Qorti tqis dejjem il-vantagg tat-tfal. Ir-ragel huwa l-kap tal-komunjoni ta' l-akkwisti, u taht it-tregija tieghu jaqghu l-beni akkwisti sakemm ma jkunx ghadu sar ix-xoljiment taghha, jew sakemm ir-ragel ma jkunx iddekada mill-jeddijiet tieghu ta' "dominus"; u sakemm tkun ghadha ssehh il-komunjoni jaqghu taht it-tregija tieghu anki l-beni dotali u dawk estra-dotali (ghax bla kitba taz-zwieg) tal-mara. Ghaldaqstantil-mara li tabbanduna d-dar konjugali u tiehu maghha t-tfal u dawk il-beni hija obligata troddhom lir-ragel, minghajr ma ghandu jitqies, fl-azzjoni li r-ragel jagheml kontra taghha ghar-restituzzjonitaghhom, jekk hija kellhiex gusta kawza biex thalli d-dar ta' zewgha. Ghax azzjoni simili ma ghandhiex tigi konjuza ma' l-azzjoni tal-mara li tfittex lir-ragel ghal alimenti apparti min gudizzju tas-separazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni