Referenza: Volum 36B (1952), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 105

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/05/1952
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
VINCENZO ZAMMIT vs AVUKAT DR ANTONIO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1493, 1494, 1495, 1503 U 1504, TAL-KODICI CIVILI - DRITT TA' PREFERENZA - EKWIPOLLENZA - LIKWIDAZZJONI - PERIZJA "EX PARTE" - RETRATT - RIVENDIZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - SPEJJEZ UTILI U NECESSARJI
Fil-Qosor
Fost id-dmirijiet tar-retraent versa r-retrattarju jidhol ukoll id-dmir tal-hlas ta` l-ispejjez kollha mehtiega u utili maghmula fil-haga mix-xerrej innifsu jew minnkull possessur iehor, ukoll jekk ghal xi raguni, li ghaliha ma ghandux iwiegeb la r-retrattarju u lanqas ebda possessur iehor, ma jibqax l-effett ta` dawk l-ispejez; u r-rivendizzjoni lir-retraent ma ssirx obligatorja qabel ma r-retraent ghamel l-obligi kollha teighu lejn ir-rettrattarju skond il-ligi. Imma l-ligi ma timponix ebda formula kif ghandhom jigu ezercitati d-drittijiet reltivi ghall-hlas ta` dawk l-ispejez; u lanqas matimponi assolutament kontemporaneament it-talba ghal-likwidazzjoni ta` l-ispejjez u dik ta` l-ingunzjoni jew kundanna tal-parti oppozitorja biex tigi ghar-rivendizzjoni. Lanqas ma jista` jinghad li t-talba ghandha bilfors tkun ghal-likwidazzjoni ta` l-ispejjez, meta dawk l-ispejjez ikunu noti b'mezzi ohra. Hu principju pacifiku fil-gurisprudenza maltija illi d-domnda tista` tigi sostnuta "per equipollens". U billi d-domanda ghall-kundanna ghall-hlas tas-somma ta` l-ispejjez legittimi dovuti mir-retraent ghall-hlas tas-somma ta l-ispejjez legittimi dovuti mir-retraent lir-retrattarju ghandhaimplicita fiha l-likwidazzjoni ta` dawk l-ispejjez, ma hix irritwali d-domanda billi titalab il-kundanna tar-retraent biex ihallas dawk l-ispejjez minghajr ma jkun hemm fic-citazzjoniwkoll it-talba ghall-likwidazzjoni ta` dawk l-ispejjez. u lanqas ma hija mehtiega t-talba konkomitanti ghall-fissazzjonit al-jum tar-rivendizzjoni. Imma l-fatt li f'kazijiet similima jkunx hemm lok ghal-liberazzjoni tar-retraent "ab observantia" ma jfisserx li d-domanda hija ghal kollox preciza; u ghalhekk ikun hemm lok ghal temperament fil-kap ta` l-ispejjez tl-kawza. Meta perizja "ex parte" tigi ezibita mac-citazzjoni biex l-attur jiggustifika l-ghaliex jitlob is-somma ndikata fic-citazzjoni, ma hemmx lokghall-isfilz taghha, ghalkemm il-Qorti tal-meritu ma tadottahiex jekk ikun hemm oppozizzjoni mill-parti l-ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni