Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 1, Taqsima 3, Paġna 757

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/06/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTONIO GABRIELE ET. vs SALVINO ZAHRA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"SUCCESSURI" - ART. 1619, 378, U 1616 TAL-KODICI CIVILI - KONSORZJU - LOKAZZJONI - UZUFRUTT
Fil-Qosor
Lokazzjoni maghmula minn uzufruttwarju hija valida anki fronti ghas-successuri tieghu, jekk tkun saret taht kondizzjonijiet gusti ughall-zmien. jekk beni urbani, mhux eccedenti erba' snin. Il-kelma "successuri" ghandha tinftiehem fis-sens ta' successuri fil-pussess tal- fond; u kwindi din il-lokazzjoni torbot mhux necessarjament u biss lill-proprjetarju "nudo" li bit-terminazzjoni tal-uzufrutt jikkonsolida mal-proprjeta' nuda tieghu imma anki lil kull persuna ohra li tissuciedi fil-pusses tal-fond. Imma s-successuri ghandhom jirrispettaw il-lokazzjoni biss u limitamenti ghall-lokazzjoni jewrilokazzjoni li tkun miexja; u terminata l-lokazzjoni jew rilokazzjoni, l-okkupani ghandu jaghti lura l-post lis-successur, in bazi ghall-principju "solitu" jure dantis solvitur et jus accipientis".Meta, pero', l-uzufruttwarju li kkonceda l-lokazzjni kien anki komproprjetarju; hu ghalkemm ma tkunx saret bil-kunsens tal-komproprjetarji l-ohra kollha jew bl-awtorizzazjoni tal-Qorti tibqa' ssehh jekk ma tkunx giet impunjata mill-komproprjetarji l-ohra fiz-zmien preskritt mill-ligi u allura l-inkwilin jisfuggi ghall-principju; solitu" jure dantis solvitur et jus accipjentis", u ghandu "locus standi" iehor, derivanti minn lokazzjoni maghmula favur tieghu minn min kien mhux uzufruttwarju biss,imma wkoll komproprjetarju pien u definittiv; b'mod li, termnata l-lokazzjoni, l-inkwilin jibqa' inkwilin u ma jistax jigi mahrug mill-fond fuq semplici motiv tat-termnazzjoni tal-uzufrutt, imma biss,"se et quatenus", skond u safejn tippermetti l-ligi tal-kera.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni