Reference: Volume 41D (1957), Part No. 2, Section 3, Page 872

Judgement Details


Date
01/02/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
MARIA STELLA HILI ET. vs CARMELO CILIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ACCETTAZZJONI TA' WIRT - ART. 896, 900, 909 U 987 TAL-KODICI CIVILI - DIVIZJONI - KREDITI EREDITARJI
Summary
Il-ligi tiddisponi illi meta l-werrieta ma jaqblux dwar jekk ghandhomx jaccettaw il-wirt jew jirrinunzjaw ghalieh, dak li jaccetta jikseb wahdu l-jeddijiet kollha, u jiehu fuqu l-pizijiet kollha tal-wirt. Imma din id-dispozizzjoni tipprevedi l-kaz biss ta' werrieta li jkunu hadu atteggjament determinat dwar jekk jaccettawx jew jirrinunzjawx ghall-eredita', u ma tikkontemplax il-kaz ta' min ma jkunx ghadu ma ha ebda atteggjament. Din l-inazzjoni mhijiex rinunzja; tant li fi zmien tletin sena l-eredita' tista' dejjem tigi accettata, salv ir-rimedju kontemplat mill-istess ligi, li bih min hu msejjah ghall-wirt jista' jigi mgieghel fi zmien li jigi lilu prefiss mil-Qorti jiddikjara jekk jaccettax jew le l-eredita', billi jigi ritenut li huwa rrinunzja ghall-wirt fin-nuqqas ta' dik id-dikjarazzjoni fiz-zmien hekk lilu prefiss. Ghalhekk, f'dan iz-zmien, l-eredi li jkun accetta l-wirt ma jistghax jippretendi li huwa wahdu jirrapprezenta l-wirt kollu, ida biss ir-rata korrispondenti tal-"universum jus", komprizi fih kull azzjoni reali jew personali. Ghalhekk ukoll huwa ma jistax jagixxighar-riskossjoni ta' kreditu ereditarju fl-interezza tieghu. Lanqas ma jista' dak il-werriet jagixxi ghar-rikossjoni ta' sehmu biss mill-kreditu ereditarju, avvolja b'ligi l-krediti ereditarji huma divizibbli bejn l-eredi, jekk ma tkunx saret id-divizjoni tal-wirt. Qabel ma ssir id-divizjoni tal-wirt, l-eredi li jkunu accettaw l-eredita' ma jistghux jezigu sehemhom minn kreditu ereditarju; ghax,forsi, fid-divizjoni jista' jaghti kaz li minn dak il-kreditu ma jmisshom ebda sehem. Ghaldaqstant, jekk uhud mill-eredi jkunu accettaw l-eredita', u jkun hemm eredi ohrajn li ghadhom ma accettawx ulanqas irrinunzjaw l-eredita' dawk li accettaw il-wirt ma jistghux jagixxu kontra debitur tal-eredita' biex jirriskwotu l-kreditu ereditarju kollu, kif lanqas jistghu jagixxu ghal sehemhom minn dak il-kreditu jekk tkun ghadha ma saretx id-divizjoni tal-wirt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info