Reference: Volume 40A (1956), Part No. 1, Section 1, Page 128

Judgement Details


Date
04/05/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
JOHN BARTOLO vs ROSINA BONNICI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 961 TAL-KAP. 15 - DEPOZITU - KJAMATA FIL-KAWZA - LIKWIDAZZJONI - RETRATT - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - SPEJJEZ RIMBORZABBLI LIR-RETRATTARJU
Summary
Ir-retraent ma jistax serjament isostni li hu ma ghandux interess f'kawza li ssir biex jigu likwidati l-ispejjez legittimi maghmula mir-retrattarju fil-fond minnu akkwistat u mbghad irkuprat, specjalment meta huwa jkun ha atteggjament li juri li hu ghandu dak l-interess. Ghaldaqstant, jekk akkwirent ta' fond jigi azzjonat biex ihallas xi spejjez li jkunu saru fil-fond minn dak l-akkwirent, prevjal-likwidazzjoni taghhom, u l-fond jigi rkuprat, ir-retraent ma jistax jallega li ma kienx hemm lokli hu jigi msejjah fil-kawza maghmula ghal dik il-likwidazzjoni, u li ghalhekk huwa ma ghandux ibatiebda parti mill-ispejjez ta' dik il-kawza. Dak ir-retraent lanqas jista' jallega li bil-kjamata tieghu fil-kawza huwa jista' jigi pregudikat; ghaliex, b'ligi, it-terza persuna msejha fil-kawza titqies bhala konvenut iehor, u bhala tali ghandha d-dritt li tipprezenta kull skrittura, li taghti kulleccezzjoni, u li tgawdi l-beneficcji li l-ligi taghti lill-konvenut. Trattandosi ta' djun illikwidi, il-gurisprudenza nostrali adottat rimedju favur id-debitur, biex dan jista' jehles mill-ispejjez gudizzjarji, billi rrikonoxxiet li d-debitur jista' joffri dik is-somma li jidhirlu konvenjenti, basta mhux irrizorja, u basta li jaghmel rizerva ghal kwalunkwe supplement, u, jekk dik is-somma tigi rifjutata, jiddepozitaha. Ghaldaqstant id-debitur ma jistax, fin-nuqqas ta' dak id-depozitu, jippretendi li jigi mehlus mill-ispejjez ta' domanda li ssir kontra tieghu ghall-hlas, billi jallega li huwakien offra lill-kreditur somma anki akbar minn dik li eventwalment giet kanonizzata, imma li huwa ma ddepozitax meta giet rifjutata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info