Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 83

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/03/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
LIBERATA SPITERI (*) vs CARMELO SPITERI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 809, 810, 141(2), U 142(1) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - NULLITA' - PETIZZJONI TAL-APPELL - TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU
Fil-Qosor
Il-petizzjoni tal-appell ghandha tkun fiha t-talba ghar-revoka jew riforma tas-sentenza appellata, jew ta' xi parti minnha; u meta t-talba tkun ghar-revoka, fil-petizzjoni ghandu jintalab ukoll li tigi milqugha jew michuda t-talba. Pero', jekk il-petizzjoni ma jkunx fiha din it-talba wkoll, id-difett huwa sanabbli, u ma jgibx ghan-nullita' tal-petizzjoni. Imma jekk is-sentenza appellata kienet illiberat mill-osservanza tal-gudizzju, lanqas ma hemm bzonn ta' dina s-sanatorja; u hija korretta l-petizzjoni li fiha l-appellant jitlob li tigi revokata s-sentenza appellata u li tigi ordnata t-trattazzjoni fil-meritu. Meta wahda mill-partijiet f'kawza tmut "pendente lite", l-eredi jew l-ezekuturta' dik il-parti, kif ukoll kull min ghandu nteress jista' jitlob, b'rikors, li l-attijiet tal-kawza jghaddu fil-persuna tieghu sabiex jissokta l-kawza minflok il-parti li mietet. Jekk hadd ma jidher biex jaghmel din it-talba, il-parti l-ohra tista', b'rikors, titlob li l-kawza tghaddi fil-persunatal-eredi prezuntiv tal-parti li mietet, jekk dan ikun maghruf; u li jigu nominati kuraturi, jekk dan ma jiddikjarax fiz-zmien preskritt mill-ligi li jrid jissokta l-kawza. Meta mbghad ma tkunx maghrufa ebda persuna li ghandha d-dritt tirrapprezenta l-parti l-mejta, ir-rikors jista' jkun fih bissit-talba ghan-nomina ta' kuraturi biex jissoktaw il-kawza. Jekk tmut il-parti attrici "pendente lite", u l-eredi taghha ikun konvenut fil-kawza, anki jekk ikun imharrek "ghall-interess li jista' jkollu", imma fil-fatt huwa jkollu dan l-interess, hu ma jistax jitlob li ssir it-trasfuzjoni tal-gudizzju fil-persuna tieghu biex ikun jista' jkompli l-kawza minflok il-parti attrici li mietet, ghax hu ma jistax ikun attur u konvenut fl-istess gudizzju; u ghalhekk il-procedura li hija ntiza biex il-gudizzju jigi trasfuz fil-persuna tieghu tkun ozjuza; u l-unika triq miftuha ghal dak l-eredi hija dikli jitlob in-nomina ta' kuraturi biex jirrapprezentaw il-parti attrici li mietet, billi dan il-provvediment huwa applikabbli anki meta l-persuna li ghandha dritt tirrapprezenta l-mejjet ma tkunx tista', minhabba ostakolu legali, tirrapprezentah. Ghaldaqstant, jekk il-persuna li tigi nominata kuratrici biex tirrapprezenta lill-parti attrici li mietet f'cirkustanzi simili tappella mid-decizjoni tal-Ewwel Qorti, l-appell taghha mhuwiex null.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni