Reference: Volume 45B (1961), Part No. 1, Section , Page 336

Judgement Details


Date
06/11/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Parties
PROFESSUR JOSEPH GALEA, M.B.E., M.D., D.P.H.NE vs DR. ANTONIO BONNICI, B.SC., M.D. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ACCETTAZZJONI TAL-EREDITA' - APPELL - ART. 775, 33(2) U 37 (2) TAL-KAP. 15 - ATTI TA' EREDI - DECIZJONI "EXTRA PETITA" JEW "ULTRA PETITA" - DOTA - ECCEZZJONI TAL-INKOMPETENZA "RATIONE VALORIS" - ISTITUTI KARITATEVOLI - KONTUMACJA
Summary
Trattandosi ta' persuna "sui juris" li jigu ammessi fi sptar governativ, u li ghalihom ma jkunx ghamel ruhu responsabbli hadd, id-Dipartiment interessat naturalment ifittex l-ewwel il-pazjent stess, jigifieri l-proprijeta' tieghu, biex jithallas tal-kura u manteniment ta' dak il-pazjent fl-isptar (salvi kazijiet regolati minn ligijiet specjali); jekk hu ma jkollux mezzi, allura d-Dipartiment jagixxi kontra l-persuni li skond il-ligi huma tenuti ghall-manteniment tieghu bl-azzjoni "negotiorum gestor", jew anki xi drabi bil-mandat tacitu. Izda meta missier jew omm, jew xi persuna ohra, taghmeltajjeb ghall-pazjent, allura huwa naturali illi l-hlas jintalab minn ghandu. U bil-mewt ta' dik il-persuna dan l-obligu jaqa' fuq l-eredi taghha; izda ma jaqghax ukoll fuq dawk li ma jkunux accettawl-eredita' tal-persuna obligata. L-accettazzjoni tal-eredita' tista' tkun ukoll tacita, cjoe' rizultanti minn certi fatti jew atti; izda mhix prezunta. Il-fatt li tifla, wara l-mewt t'ommha, tiehu flus minn dawk li halliet ommha, biex taddotta ruhha bihom, jikkostitwixxi att li jammonta ghal accettazzjoni tal-eredita' ta' dik l-omm. U meta l-werrieta ma jaqblux bejniethom dwar jekk ghandhomx jaccettaw il-wirt jew jirrinunzjaw ghalih, dak li jaccetta jikseb wahdu l-jeddijiet kollha u jiehu fuqu l-pizijiet kollha tal-wirt. L-eccezzjoni tal-inkompetenza minhabba l-valur ma tistghax tinghataquddiem Qorti tal-Appell, u lanqas ma tista' tigi minn dik il-Qorti sollevata "ex officio"; u metahu attur jew konvenut il-Gvern, il-Qrati Superjuri ghandhom fill-limiti tal-gurisdizzjoni tal-QratiInfurjuri, gurisdizzjoni konkorrenti ma' dawk il-Qrati, jekk ma jkunx hemm fill-ligi dispozizzjonijiet ohra kuntrarji. Jekk fic-citazzjoni jintalab ammont wiehed kontra diversi konvenuti, din l-eccezzjoni mhix attendibbli billi jigu allegat illi kull wiehed minn dawk il-konvenuti jmissu jigu kundannat f'parti mis-somma hekk mitluba li tkun ta' kompetenza tal-Qorti Inferjuri; il-kwistjoni jekk il-konvenuti kienux kollha obligati, jew min minnhom u f'liema proporzjoni, hija biss kwistjoi ta' meritu. Hemm l-"extra petita" jewl-"ultra petita", meta tigi sostitwita ghall-azzjoni jew ghad-domandaavanzata mill-attur azzjoni jew domanda ohra li minnu ma gietx proposta, jew meta d-decizjoni tmur l-aktar l-hemm mid-domanda jew azzjoni avanzata; u mhux meta tigi mitluba somma superjuri ghal dik litirrizulta dovuta mill-konvenut. Il-kontumacja in prima istanza hi kontestazzjoni tal-kawza; u dinil-kontestazzjoni hija riferibbli mhux biss ghad-domanda per se' li tifforma l-meritu veru u propriju tal-kawza, imma wkoll ghall-kwalitajiet tal-konvenut stess; b'modd illi, jekk il-konvenut hu mharrek bhala eredi, bil-kontumacja tieghu huwa jigi jikkontesta mhux biss il-meritu tad-domanda avanzata kontra tieghu, imma wkoll il-kwalita' ta' eredi li fiha gie mharrek. It-testment mhuwiex prova tal-kwalita' ereditarja; huwa biss prova tal-istituzzjoni tal-werriet, li mill-mewt tat-testatur taghti lok ghad-delazzjni favur tieghu tal-eredita; u mhux prova tal-adizzjoni jew accettazzjoni, li hil-mument komplementari necessarju ghall-akkwist tal-eredita' u tal-kwalita' ta' eredi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info