Reference: Volume 45B (1961), Part No. 1, Section , Page 290

Judgement Details


Date
06/10/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Parties
ANGLU AQUILINA vs JOSEPH BARTOLO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 255, 352, 313, 326 U 327 TAL-PROCEDURA CIVILI - AVVISI - EZEKUZZJONI TA' SENTENZA - KONSENJATARJU - MANDAT TA' ELEVAZZJONI - PROCEDURA - SUBASTA
Summary
Malli l-kreditur li jottjeni sentenza ta' kanonizzazzjoni ta' krediiiiitu tieghu jottjeni l-hrug ta'mandat ta' elevazzjoni kontra d-debitur in ezekuzzjoni ta' dik is-sentenza, u mbghad jipprosegwi dak il-mandat bil-prezentata ta' rikors ghall-bejgh gudizzjarju tal-oggetti maqbudin b'dak il-mandat,huwa jkun beda l-procedura tal-ezekuzzjoni tas-sentenza; u din l-ezekuzzjoni mibdija fit-terminu ,tista' tkompli miexja u tiehu l-effett taghha, avolja jghaddu aktar minn tliet snin mid-data tas-sentenza, jekk ma jkunx hemm xi raguni legali li minhabba fiha dik il-procedura ma tkunx tista' titkompla. Ghalaqstant, jekk il-konsenjarju kostitwit bil-mandat jigi azzjonat biex jipprezenta l-oggettifdati lilu biex jigu mibjugha fis-subasta, huwa ma jistghax jeccepixxi b'success illi u ma ghadux aktar responsabbli ghal dawk l-oggetti ghaliex ghaddew aktar minn tliet snin mid-data tas-sentenza kontra d-debitur, u li ghalhekk it-talba kontra tieghu hija inammissibbli. Imma jekk il-kreditur ihalli s-subasta wieqfa ghal aktar minn sena, l-attijiet kollha tal-irkant isiru nulli. L-inazzjoni tal-kreditur ghal dan iz-zmien kollu tirrendi nulli l-attijiet kollha li jkunu saru, kompriz il-mandatta' elevazzjoni bhala l-ewwel att tal-process ezekuttiv. Jekk ma setghax jinnotiika lid-debitur ghax dan kien imsiefer, il-kreditur seta' liberament jitlob in-nomina ta' kuraturi biex jirraprezentawlid-debitur fil-procedura ezekuttiva. Il-fissazzjoni tal-gurnata ghall-bejgh gudizzjarju hija parti solenni mill-procedura; u dik il-gurnata, avzata lid-debitur u lill-konsenjatarju (jekk ikun hemm), u mgharrfa lill-publiku permezz tal-avvizi, ma tistghax titbiddel fuq semplici mozzjoni privata tal-ezekutant, ad insaputa ta' kulhadd u bla ebda ntervent tal-Qorti. Il-procedura tad-differimenti tas-subbasta b'din il-manjiera hija assolutament irregolari, u ma ghandha ebda bazi u validia' fill-ligi. Meta s-subbasta ma tistghax issir fil-gurnata fissata fl-ewwel lok mill-Qorti, id-differimentbil-fissazzjoni ta' gurnata ohra ghandu jigi wkoll ordnat mill-Qorti, u ghandhom jinhargu avvizi godda ghar-rigward tal-gurnata hekk sostitwita. Ladarba jigu rezi nulli l-attijiet tas-subasta minhabba dan id-dekors ta' zmien, u jsir null ukoll il-mandat ta' elevazzjoni ottenut mill-kreditur, ir-responsabbilta' tal-konsenjatarju kostitwit b'dak il-mandat tispicca wkoll, u huwa ma jibqghax tenut lijipprezenta l-oggetti elevati bl-istess mandat biex jigu mibjugha bl-irkant tal-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info