Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 316

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/02/1960
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
NICOLO CIAPPARA vs CARMELA CARUSO NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSOCJAZZJONI IN PARTECIPAZZJONI - KONTIJIET
Fil-Qosor
Il-gurisprudenza stabbiliet il-principju illi, fil-kaz ta' assocjazzjoni in participazzjoni, l-azzjoni moghtija mil-ligi wara x-xoljiment mhix dik ta' likwidazzjoni, imma ta' rendiment ta' kontijiet da parti tas-socju li kien imexxi l-operazzjoni komuni. Jekk ma tigix osservata din il-procedura, il-proceduri proposti huma ritwalment nulli. Dan il-principju huwa bazat fuq in-natura specjali tal-assocjazzjoni in participazzjoni; u ghandu jigi strettament limitat ghall-kazijiet li ghalihom japplika. Issa, hu indubitat li l-essenza tal-assocjazzjoni in participazzjoni hija r-ripetizzjoni bejn l-assocjati tal-qliegh jew telf li jirrizulta mill-operazzjoni jew operazzjonijiet maghmulin mill-assocjati flimkien. Ghaldaqstant, jekk tnejn minn nies jiehdu appalt bi shab, imma jidhru flimkien, ubil-ftehim li wiehed minnhom jezegwixxi parti mix-xoghol u l-iehor jezegwixxi partijiet ohra, b'danilli l-hlas tax-xoghol li jaghmel wiehed ikun kollu ghalieh minghajr participazzjoni tal-iehor, u kull wiehed minnhom igawdi jew ibati wahdu l-qliegh jew it-telf li jkun hemm fix-xoghol li hu jezegwixxi, ma hemmx assocjazzjoni in participazzjoni; u jekk wiehed miz-zewg assocjati jinkassa l-flus kollha, anki dawk li huwa dovuti ghax-xoghol tal-iehor, l-azzjoni ta' dan biex jigu lilu mhallsin il-flus inkassati ghalieh minn siehbu mhix dik ta' likwidazzjoni, imma ta' rendiment ta' kontijiet u hlastal-bilanc li jirrizulta. U jekk l-instanti ghal dan il-hlas ikun jaf kemm hu l-bilanc lilu dovut,ma hemmx bzonn li jaghmel talba ghar-rendiment tal-kontijiet da parti ta' siehbu, imma hi bizzejjedid-domanda biex dan ihallsu l-bilanc li baqghalu jaghtieh mill-flus li dahhal ghalieh.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni