Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 321

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/02/1960
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
FRANK BORG vs JOHN NICOLA CASSAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI - RINUNZJA
Fil-Qosor
Deciza fil-meritu fid-29 ta' April, 1960; u b'decizjoni tat-23 ta' Mejju, 1960 (publikata), gie moghti lill-attur il-permess kondizzjonali biex jappella minn dik is-sentenza tal-meritu quddiem il-Maesta' tar-Regina fil-Kunsill Taghha Privat. Fejn ma hemmx obligazzjoni, u lanqas azzjoni, ma hemmx lok ghall-preskrizzjonil; u l-lum il-gurisprudenza stabbiliet definittivament illi l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ma hix inkompatibbli ma' dik tal-inezistenza tal-obligazzjoni, lanqas fil-kaz ta' dawk li jissejhu preskrizzjonijiet "brevi". U ghalhekk, jekk il-konvenut jeccepixxi li l-attur qatt ma kellu l-azzjoni minnu ezercitata, imma wkoll illi, jekk hu kellu "ab initio" din l-azzjoni, din estingwiet ruhha bid-dekorriment tal-preskrizzjoni, ma jistax jinghad li l-konvenut tacitament irrinunzjaghall-eccezzjoni tal-preskrizzjoni. Jekk mbghad il-konvenut, wara li jissolleva l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, jirtira dik l-eccezzjoni in vista li jkun irrizulta li l-attur ma ghandux dritt tal-azzjoni minnu ezercitata, imma jirrizerva li jerga jissolleva aktar tardm jekk hekk ikun jidhirlu, dikl-eccezzjoni, hu ma hux prekluz milli jerga jqanqalha. L-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tista' tkun suggetta ghal kondizzjonijiet, limiti u rizervi; u biex l-eccipjenti ma jkunx jista' jissollevaha, jehtieg li jkun ir-rinunzja ghaliha purament u semplicement; u jehtieg li jkun hemm rinunzja vera.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni