Reference: Volume 44B (1960), Part No. 1, Section 1, Page 287

Judgement Details


Date
04/11/1960
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
AVUKAT DR. ANTONIO CARUANA vs AVUKAT DR. GAUDENZIO BORG ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - AZZJONI "DE IN REM VERSO" - DOMANDI ALTERNATTIVI FIC-CITAZZJONI - RINUNZJA GHALL-EFFETTI TAS-SENTENZA
Summary
Min jigi mqabbad jaghmel xi xoghol ghandu l-azzjoni "ex mandato" ghall-hlas tal-kompetenzi tieghu kontra l-persuna li qabbditu; imma l-azzjoni tieghu mhix bazata kontra persuna ohra konvenuta fl-istess gudizzju. billi hu jallega illi l-prestazzjonijiet tieghu servew ta' vantagg lil dik il-persuna l-ohra. Il-versjoni utili, se maj, twassal ghall-azzjoni "de in rem verso", li mill-banda l-ohra hi koncessa biss "in subsidium" u wara li l-kreditur ikun esperixxa inutilment id-drittijeit tieghu kontra d-debitur, u qatt fl-istess gudizzju; kif lanqas hi koncessa meta l-kreditur ghandu rimedji kontrattwali. Jekk l-attur jitlob il-kanonizzazzjoni tal-kreditur tieghu kontra diversi persuni per mezzta' domandi alternattivi minghajr ebda subordinazzjoni bejniethom, b'mod li wahda teskludi lill-ohra, jigi li halla f'idejn il-Qorti l-ghazla u li tilqa' wahda minnhom skond ir-rizultanzi tal-provi;u ladarba l-Qorti tilqa' l-alternattiva tal-kundanna kontra wiehed mill-konvenuti u tichad l-alternattivi l-ohra, l-attur jigi li rebah wahdu mill-alternattivi minnu propost. Jekk mbghad l-attur jappella minn dik id-decizjoni u jitlob li t-talba tieghu tigi milqugha fuq alternattiva ohra biex tigikundannata persuna ohra konvenuta minflok dik li giet kundannata bis-sentenza appellata, u biex danisir huwa jirrinunzja ghall-effetti tas-sentenza appellata, ir-rinunzja tieghu mhix attendibbli jekktkun kondizzjonata ghall-akkoljiment tad-domanda kif avanzata fl-alternattiva l-ohra li giet michuda. Rinunzja simili mhix attendibbli, u mhix operattiva ta' effetti guridici, billi hi kondizzjonataghall-operat tal-Qorti, u l-Qorti ma tistghax tehodha in konsiderazzjoni sakemm ma tkunx definittiva sa minn qabel id-decizjoni finali. Fid-dottrina huwa ammess li jista' jinghata l-kaz ta' wiehed rebbieh f'kawza li jibqghalu nteress li jappella mis-sentenza li rebah minhabba cirkustanzi u limitazzjonijiet partikulari, u ghalhekk ikollu d-dritt li jappella minn dik is-sentenza; imma ladarba hu rebah alternattiva wahda, u ma setghax jirbah tnejn ghax kien ikun hemm decizjoni "ultra petita", hemm ostakolu ghall-prosegwiment tal-appell. U dan apparti milli l-Ewwel Qorti kellha jew le ragun taqta' l-kawza kif qatghetha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info