Reference: Volume 44B (1960), Part No. 1, Section 1, Page 77

Judgement Details


Date
01/04/1960
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELA PULLICINO ET vs NUTAR OSCAR AZZOPARDI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 26 U 28 TAL-KAP. 92 - DANNI - ESEKUZZJONI - NUTAR - PERSONIFIKAZZJONI
Summary
Il-ligi hi cara u kategorika filli tezigi illi n-nutar li jkun ser jippublika att ikun personalmentzgur mill-identita` tal-partijiet. Jekk dan ma jkunx il-kaz, allura l-uniku mod kontemplat mil-ligili bih huw jkun jista` jaccerta ruhu minn dik l-identita`, hu per mezz ta` zewg "fidem facientes" minnu maghrufa. Dan hu obligu preciz u gravi, imqieghed fuq in-nutar personalment, li ma jistghax jahrab minnu taht ebda pretest billi jistrieh fuq hadd iehor; u per mezz tieghu l-ligi tirrendi lin-nutar garanti tal-identita` tal-partijiet. U xejn ma jiswa li fil-prattika xi nutari ma josservawx dan l-obligu; gahx il-ligi ma titlef xejn mis-sahha taghha billi hafna jiksruha jew ma jaghtux kaz taghha. Gahldaqstant, jekk f'kuntratt ta` self tavvera ruhha l-personifikazzjoni tal-mutwartarju, billi minflok il-persuna li dehret hija dik li taghha jitnizzlu l-partikularitajiet fil-kuntraat relattiva ghall-persuna li kellha tideher, u minhabba f'din il-pesonifikazzjoni l-mutwant isofri dannu ghaxil-persuna li dehret u hadet il-flus mhix solvibbli, u l-mutwant ma ghandux mnejn jithallas minn ghand dik il-persuna, in-nutar hu responsabbli ghal dan id-dannu. Jekk jirrizulta li l-persuna li ghamlet il-personifikazzjoni hija insolvibbli, l-azzjoni tal-mutwant kontra n-nutar ghad-danni mhix inttempestiva, u mhuwiex il-kaz li -l-ewwel il-mutwant jipprova li dak li deher bhala mutwatarju huwa insolvibbli u li hu ma jistghax jithallas minn ghandu, imma ghandha tigi dikjarat r-responsabbilita`tan-nutar ghad-danni minghajr ma din il-kundanna tigi mhollija ghal metassir dik il-prova. Jek in-nutar jidhirlu, hu dmir tieghu li jipprova li l-mutwatarju li ghamel il-personifikazzjoni jista` jhallas. Din mhix kwistjoni ta` eskussjoni; imma b'analogija jista` jigi adottat il-principju generalistabbilit ghall-obligazzjonijiet sussidjarji fis-sens illi, fin-nuqqas ta` precendenti azzjoni kontra d-debitur principali, mhix ammissibbli din l-eccezzjoni kontra t-talba tal-kreditur gahll-hlas meta d-debitur principali hu notorjament insolvibbli, jew meta fl-istess gudizzju tista` tigi pruvata l-insolvenza tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info