Reference: Volume 44B (1960), Part No. 1, Section 1, Page 205

Judgement Details


Date
27/06/1960
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GRAZIO MALLIA vs ANTHONY PACE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 189 U 187 TAL-KAP. 15 - CITAZZJONI - KONTUMACJA - NOTIFIKA - NULLITA' - RIFERTA
Summary
Meta l-konvenut f'kawza jigi notifikat bic-citazzjoni per mezz ta' kopja li tkun irregolari, hu ghandu d-dritt jitlob li tigi lilu moghtija kopja ohra li tkun regolari skond il-ligi; izda dan mhuwiexl-uniku rimedju li taghtieh il-ligi kontra din l-irregolarita'; u ghalhekk, jekk huwa ma jipprevalixruhu minn dan id-dritt, ma jistghax, jinghad li hu tilef id-dritt li jikkontesta l-validita' tan-notiffika lilu maghmula b'dak il-mod, jekk ikun il-kaz. Il-fatt li l-kopja tac-citazzjoni jkun fiha aggunta li turi li l-kawza kienet giet differita biss, specjalment meta l-aggunta ssir fil-korp tal-kopja ga qabel certifikata mir-Registratur, u tkun bla ebda inizjali jew firma ta' hadd, hija irregolarita'; izda minhabba fiha biss ma hux il-kaz li jigu annullati l-proceduri li jkunu saru wara li tkun saret dik in-notifika, jekk ma jkunx kaz li l-konvenut ikun gie zvijat b'mod li ma kienx jista' jipprezenta l-eccezzjonijiet tieghu fiz-zmien legali, anki talvolta wara li jkun ghamel il-verifiki opportuni. Imma jekk ir-riferta tal-marixxall dwar in-notifika tac-citazzjoni ma tkunx iffirmata, dan in-nuqqas ta' forma hu l-istess daqs kieku ma saret ebda riferta, u ma jkun hemm ebda prova legalili c-citazzjoni giet notifikata. Il-fatt biss li mill-process jirrizulta illi l-kopja tac-citazzjoni waslet lill-konvenut ma jsewwix dan id-difett. Bil-konsegwenza illi, jekk il-konvenut ma pprezentax nota tal-eccezzjonijiet, u ma kienx prezenti biex iwiegeb ghall-kapitoli prezentati kontra tieghu, hu ma jistghax jinghad li kien kontumaci; ghax il-proceduri kollha li saru wara dik in-notifika,komprizi l-kapitoli u s-sentenza li nghatat mill-Ewwel Qorti huma nulli; u l-kawza trid issir mill-gdid fuq l-istess citazzjoni wara li tkun saret notifika regolari lill-konvenut, inattizi l-procedurikollha li jkunu saru quddiem l-Ewwel Qorti wara l-prezentata tac-citazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info