Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 50

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/02/1960
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
LORENZO DIMECH ET vs GIUSEPPE DIMECH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 227 TAL-KAP. 15 - DIGRIET - SOPRASESSJONI
Fil-Qosor
Jekk f'kawza l-konvenut jissolleva kwistjoni u jallega li din ghandha tigi deciza f'gudizzju separat, u l-Qorti tissoprassjedi u taghti zmien lill-konvenut biex jiddeduci din il-kwistjoni f'gudizzju separat u thalli l-kawza "sine die" sakemm jigi deciz dak il-gudizzju separat, u l-attur ma jappellaxminn dan id-digriet, u mbaghad, meta l-konvenut jiddeduci dik il-kwistjoni fil-gudizzju separat, l-attur jeccepixxi li l-kwistjoni issa dedotta hija nvoluta fl-ewwel gudizzju fejn giet imqajma, u lighalhekk dan it-tieni gudizzju fejn giet imqajma, u li ghalhekk dan it-tieni gudizzju fejn giet imqajma, u li ghalhekk dan it-tieni gudizzju huwa ozjus u inutilment dispendjuz u l-azzjoni hija kwindiinattendibbli, u hu ghandu jigi liberat "ab observantia", u l-Qorti tirrigetta din l-ahhar imsemmijaecezzjoni, l-appell tieghu biex tigi revokata s-setenza li rrespingiet din l-ahhar eccezzjoni teighu mhux attendibbli. Gahliex, ladarba huwa ma appellax qabel is-sentenza definitiva mid-digriet li ordna s-soprassessjoni, ma jistax jimpunja dak id-digriet, qabel is-sentenza definittiva, bl-eccezzjoni li hu qajjem fit-tieni gudizzju u li giet respinta mill-Ewwel Qorti. Dak id-digriet seta`, qabelis-sentenza definittiva, jigi mpunjat b'rikors fi zmien jumejn; u la darba dak id-digriet, ma giexhekk impunjat, l-istess digriet ghadu fil=kors tieghu, ghax appell minnu kif hu preskritt mil-ligi ma sarx. Jekk isirx appell jew le wara -sentenza definittiva, jew kawza ohra (salva kull kontestazzjoni), hija kwistjoni ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni