Reference: Volume 43E (1959), Part No. 4, Section , Page 1117

Judgement Details


Date
25/07/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
FLORES JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs PAOLO FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 36 U 25 TAL-KODICI KRIMINALI - MINURI - RESPONSABBILTA' KRIMINALI
Summary
Il-ligi kriminali tiddisponi illi fil-kaz ta' persuni li ma jkunux penalment responsabbli mhabba l-eta' taghhom ta' anqas minn disgha snin, jew ta' anqas minn erbatax il-sena meta jkunu kkommettew il-fatt minghajr dixxerniment, il-Qorti tista', fuq talba tal-Pulizija, tordna t-tharrik tal-persuna nkarigata mit-trobbija tal-minuri, u, fil-kaz li jirrizulta fatt penali, tobliga lil dik il-persuna, taht piena pekunjarja, li tivvigilia fuq il-minuri. Minflok, il-Qorti tista' tqieghed lill-minuri f'istitut, jew, meta l-fatt tal-minuri jkun punibbli b'ammenda, tikkundanna lill-persuna li jkollha t-trobbija tieghu, jekk hi setghet bid-diligenza taghha tevita l-fatt. Kondizzjoni, ghalhekk, ghall-applikabbilita' ta' din id-dispozizzjoni tal-ligi hija l-eta' ta' taht l-erbatax il-sena tal-persunasubordinata. Mill-banda l-ohra, il-ligi kriminali tiddisponi wkoll illi f'kaz ta' kontravvenzjoni maghmula minn persuna li tkun taht is-setgha, it-tregija jew il-hsieb ta' persuna ohra, tun suggettaghall-piena mhux biss il-persuna li taghmel il-kontravvenzjoni, imma wkoll dik il-persuna l-ohra, jekk il-kontravvenzjoni tkun kontra dispozizzjoni tal-ligi li dik il-persuna l-ohra kien imissha ggieghel li tigi mharsa, u jekk il-kontravvenzjoni setghet tigi evitata bid-diligenza ta' dik il-persunal-ohra. U ghall-applikabbilita' ta' dan id-dispost tal-ligi jehtieg jirrikorru tliet rekwiziti, cjoe' (1) kontravvenzjoni kommessa minn persuna suggetta ghall-awtorita', direzzjoni jew vigilanza ta'persuna ohra, (2) l-obligu tal-persuna sovrastanti li ggieghel li tigi mharsa d-dispozizzjoni tal-ligi miksura bil-kontravvenzjoni tal-persuna subordinata, u (3) il-possibbilta' li dik il-persuna, bid-diligenza taghha, tevita l-kontravvenzjoni. Ghaldaqstant, jekk l-imputazzjoni hija illi l-imputat,bhala missier, naqas li jiehu hsieb kif jehtieg biex ibnu ma jikkommettix kontravvenzjoni (fil-kazkienet wahda ta' gmiegh ta' zibel bla permess), u l-Qorti tigi nfurmata illi dak l-iben kien ghalaql-erbatax il-sena meta kkommetta l-kontravvenzjoni, ma ghandhiex tillibera lill-missier imputat, imma ghandha tara jekk fil-fatt jikkonkorrux fil-fattispecje l-elementi tad-dispozizzjoni l-ohra fuq riferita. Il-liberazzjoni tal-imputat fuq il-motiv addott mill-Magistrat, li l-imputat kien ghalaq l-erbatax il-sena, tikkostitwixxi applikazzjoni errata ghall-fatt tal-ipotesi tal-ligi, u bhala tali taghti lill-Attorney General id-dritt tal-appell; u l-Qorti tal-Appell tirrevoka s-sentenza liberatorja u tghaddi ghat-trattazzjoni tal-kawza fuq il-meritu tal-imputazzjoni skond id-dispozizzjoni fuq imsemmija fit-tieni lok.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info