Reference: Volume 37B (1953), Part No. 1, Section 1, Page 426

Judgement Details


Date
22/12/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
JOHN COLE vs DR. CALCEDONIO ZAMMIT ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"OBJECTION" - "RECOUNT" - ASSEMBLEA LEGISLATIVA - ELEZZJONI - KUMMISSJUNARJU ELETTORALI - REG. 15 U 17 (1) TAL-POLLING REGULATIONS, 1939
Summary
Fi kwalunkwe kwistjoni dwar it-trasferiment ta' voti fl-elezzjoni tal-Membri ta' l-Assemblea Legislativa, id-decizjoni moghtija mill-Kummissjunarji Elettorali tkun finali, kemm il-darba ma ssirx oggezzjoni bil-miktub ghal dak it-trasferiment. U meta decizjoni ta' dawk il-Kummissjunarji dwar it-trasferiment ta' voti tkun finali, l-istess decizjoni tkun finali anki ghar-rigward tal-poloz validi u invalidi. Ghaldaqstant kwalunkwe kwistjoni dwar decizjoni fil-"counts" precedenti li tkun saret finali, ghax ghar-rigward taghha ma tkunx saret "objection" bil-miktub, ma tistax tigi attiza. Jekk il-Kummissjunarji Elettorali, meta jergghu jghoddu l-voti, jiltaqghu ma' xi zball fit-trasferiment tal-voti, huma jistghu jaghmlu l-korrezzjoni mehtiega. "Recount" tal-voti ma ghandux jigi ordnat mill-Qorti jekk ma jkunx hemm raguni tajba biex jigi ritenut li kien hemm xi zball da parti tar-"returningofficer". Il-Qorti ma ghandhiex tindahal fi kwistjonijiet elettorali hlief in kwantu taghtiha s-setgha l-ligi, u fil-limiti mill-istess ligi preskritti; u ghalhekk, meta tindahal, ghandha tindahal biss ghal ragunijiet gravi. Fil-kaz prezenti, il-Qorti rriteniet li dawn ir-ragunijiet gravi ma kienux jirrikorru.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info