Referenza: Volum 37B (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 397

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/12/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELO GRECH vs P.L. JOSEPH BUSUTTIL NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 743 (B) U (G) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DOMICILJU - EZEKUZZJONI TA' SENTENZA - GURISDIZZJONI - PROVI
Fil-Qosor
Fil-kaz li persuna halliet dawn il-Gzejjer u tinsab imsiefra meta ssir ic-citazzjoni kontra taghha,jehtieg li jigi ezaminat jekk dik il-persuna ghadx ghandha d-domicilju taghha f'dawn il-Gzejjer, sabiex jigi stabbilit jekk il-Qrati Taghna ghandhomx gurisdizzjoni biex jiehdu konjizzjoni tal-kawza proposta kontra taghha b'dik ic-citazzjoni. It-tibdil tad-domicilju ghandu jigi pruvat minn min jinvokah; u jista' jirrizulta sew minn provi diretti kemm minn kongetturi, purke' precizi u konkludenti.Mhux bizzejjed it-tibdil tar-residenza, izda hija mehtiega wkoll il-volonta' u l-intenzjoni li jigiabbandunat id-domicilju ta' l-origini biex jigi assunt domicilju f'pajjiz iehor; b'mod li lanqas l-emigrant ma jitlef id-domicilju f'pajjiz iehor; b'mod li lanqas l-emigrant ma jitlef id-domicilju tieghu, jekk huwa jzomm il-hsieb li jerga' jirritorna f'pajjizu. Min jikseb domicilju iehor f'lok dakta' l-origini jitlef id-domicilju ta' l-origini; ghaliex zewg domicilji civili differenti ghall-istess persuna ma jistax ikun hemm. Ghaldaqstant, fil-kaz li jirrizulta li l-konvenut abbanduna jew tilef id-domicilju ta' l-origini, il-Qorti taghna ma ghandhomx gurisdizzjoni biex jiehdu konjizzjoni ta' kawza li ssir kontra tieghu, jekk huwa ma jkollux beni hawn Malta li fuqhom is-sentenza eventwalment ottenuta kontra tieghu tkun tista' tigi ezegwita. U biex tigi radikata l-gurisdizzjoni fuq il-motiv li s-sentenza tista' tigi ezegwita f'dawn il-Gzejjer, jehtieg li jkun hemm ic-certezza li s-sentenza tkun tista' tigi ezegwita b'manjera reali u konkreata, u mhux eventwali u ipotetika; b'mod lilanqas il-fatt li s-sentenza tkun tista' tigi inskritta fir-Registru Pubbliku ma huwa bizzejjed biexjirradika l-gurisdizzjoni. U dik ic-certezza trid tkun tezisti fil-mument meta giet prezentata c-citazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni