Referenza: Volum 37B (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 381

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/11/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
MARIA COSSAI PR. ET NE. vs EMMANUELE COSSAI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI - SENTENZA - TRANSAZZJONI
Fil-Qosor
Jekk f'kawza ta' alimenti li taghmel il-mara kontra r-ragel, ir-rata alimentarja pagabili mill-maramir-ragel tigi stabbilita bi transazzjoni minghajr ma jsiru provi dwar il-mezzi tar-ragel u l-bzonnijiet tal-mara, u tinghata sentenza in bazi ghal dik it-transazzjoni, jibqa' dejjem li l-pensjoni alimentarja hija dovuta "officio judicis", u ghalhekk anki dik il-pensjoni alimentarja hija suggetta ghar-revizjoni minhabba kambjament fil-mezzi tar-ragel u fil-bzonn tal-mara. Imma minhabba l-fatt lima sarux provi biex giet fissata dik ir-rata alimentarja, mhix fattibili l-indagini li soltu ssir f'kawza li taghmel il-mara ghall-awment tal-pensjoni alimentarja, ta' raffront bejn dak li rrizulta fil-kawza ta' qabel, kwantu ghall-bzonn u l-mezzi, u dak li jirrizulta fil-kawza pendenti ghar-revizjoni tar-retta alimentarja. Ghalhekk, f'kaz simili, il-gudikant ghandu jara jekk fil-kawza l-gdida giex pruvat li kiber il-bzonn u/jew kibru l-mezzi ta' l-alimentand u ta' l-alimentant rispettivament,bla ebda possibilita' ta' raffront mal-kawza precedenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni