Referenza: Volum 37B (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 318

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/11/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANGELA SULTANA vs SALVATORE BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1014, 1015 (1), 2256 (1) U 2256 (2) TAL-KODICI CIVILI - BZONNIJIET TAD-DAR - INTERRUZZJONI - MANDAT - MARA - NULLITA' - OBBLIGAZZJONI - PRESKRIZZJONI - RINUNZJA
Fil-Qosor
Kull konvenzjoni maghmula minn mara mizzewga minghajr il-kunsens jew intervent ta' zewgha, jew minghajr awtorizzazzjoni tal-Qorti kompetenti, hija nulla, salv il-kaz ta' mara li tezercita l-merkatura.Imma dan il-kunsens tar-ragel huwa prezunt dwar il-konvenzjonijiet tal-mara ghall-bzonnijiet tad-dar, ordinarji u ta' kuljum. U meta l-mara tikkuntratta dwar dawn il-bzonnijiet, hija tobliga lir-ragel, u mhux lilha nfisha, bhala mandatarja tieghu. Fil-kaz ta' dawn is-somministrazzjonijiet, il-preskrizzjoni, fin-nuqqas ta' interruzzjoni taghha, tolqot l-azzjoni ghas-somministrazzjonijiet anterjuri ghaz-zmien preskrizzjonali, b'inkejja tal-kontinwita' taghhom; ghax kull partita jew somministrazzjoni tifforma kreditu ghaliha. Il-mara, minghajr kunsens espress tar-ragel, ma tistax tirrinunzjaghall-preskrizzjoni li tkun ga' kompjuta u li tkun tifforma dritt akkwizit ta' zewgha; ghax dik ir-rinunzja timporta aljenazzjoni ta' dritt; u ghalhekk il-mara li tircievi kont tas-somministrazzjonijiet u tapprovah, wara li tkun ga' kompjuta l-preskrizzjoni, ma taghtix lok ghat-trasformazzjoni tal-preskrizzjoni ta' dawk is-somministrazzjonijiet. li hija ta' 18-il xahar, f'ohra bazata fuq dik l-approvazzjoni, li hija ta' hames snin. Imma l-mara, mill-banda l-ohra, tista' tinterrompi l-preskrizzjoni qabel ma din tkun ghalqet, bis-sahha tal-mandat tacitu li ghandha minn zewgha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni