Reference: Volume 33G (1949), Part No. 4, Section , Page 857

Judgement Details


Date
11/04/1949
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs GIUZEPPI AZZOPARDI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPROPRJAZZJONI INDEBITA - ART. 307, 308, 382 (2), 383, U 445 (5) TAL-KODICI KRIMINALI - KOMPETENZA - RINVIJU - VALUR
Summary
Jekk, f'kaz ta' imputazzjoni dwar approprjazzjoni ndebitu kwalifikata, u ghalhekk persegwibili "ex ufficio", l-Attorney General jirrinvija l-atti lill-Magistrat biex dan jiddecidi l-kaz sommarjament,u fir-rinvija jezigi l-kwerela tal-persuna frodata u jiceita l-artikolu tal-ligi li jikkontempla l-approprjazzjoni ndebita semplici, li hija rinunzjabili mill-parti leza, dan juri li l-Attorney General ikun qieghed jikkunsidra r-reat bhala approprjazzjoni ndebita semplici. Il-valur, in kwantu li jtalla' l-piena, ghandu jitqies ghall-finijiet tal-kompetenza tal-Qorti. Meta jkun hemm cirkustanzi attenwanti, imma bla attenwanti l-piena tkun teccedi l-kompetenza inferjuri, ir-reat jibqa' ta' kompetenza superjuri; imma ma hemm ebda dispozizzjoni tal-ligi li tghid li meta jkun hemm cirkustanzi aggravanti (apparti l-konkors ta' reati u ta' pieni u apparti r-recidiva) ir-reat jibqa' ta' kompetenzainferjuri, jekk il-piena ordinarja, apparti l-aggravanti, tkun ta' dik il-kompetenza. Ghalkemm bir-rinviju l-Attorney General ma jorbotx ghal kollox lill-Magistrat, zgur pero' li jorbtu fuq haga wahda, jigifieri illi l-Magistrat ma jistax aktar isib imputazzjoni li teccedi l-kompetenza tieghu. Ghaldaqstant, jekk l-imputazzjoni kienet ta' approprjazzjoni ndebitu kwalifikata, u l-Attorney Generalfir-rinviju jkun wera li huwa jikkunsidra r-reat bhala approprjazzjoni ndebita semplici, li anki bl-aggravanti tal-valur ma jeccedix il-kompetenza inferjuri, is-sentenza tal-Magistrat, li tkun iccitat l-artikolu citat mill-Attorney General relativ ghall-approprjazzjoni ndebita semplici, ghandha tigi nterpretata fis-sens illi l-Magistrat iddikjara lill-imputat hati ta' approprjazzjoni ndebita semplici, avvolja huwa jkun iddikjara li sabu hati skond l-akkuza li kienet ta' approprjazzjoni ndebitakwalifikata. U ghalhekk ir-reat li ghalih ikun gie hekk kundannat l-imputat huwa rinunzjabili mill-parti leza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info